COVID-19
AĠĠORNAT: Il-LIDL ta’ Ħal Safi jista’ jerġa’ jiftaħ

L-awtoritajiet tas-saħħa pubblika ikkonfermaw li l-impjegat tal-Lidl ta’ Ħal Safi, li marad bil-Covid19, kellu kuntatt mill-inqas mal-klienti. Wara li l-istabbiliment kien dizinfettat, it-tmexxija tal-kumpanija ngħatat id-dritta li terġa’ tiftaħ għax m’għadx hemm periklu.

L-istabbiliment tal-Lidl f’Ħal Safi għalaq għal ġurnata u jista’ jerġa’ jiftaħ. Dan wara li l-awtoritajiet ħadu ħsieb jiffumigaw il-post u bdew jistħarrġu l-kuntatt li kellu ma’ kollegi u klijenti, l-impjegat tas-supermarket, Malti ta’ 23 sena, li nstab pozittiv għall-Covid19,

Is-Superintendent tas-Saħħa, Prof Charmaine Gauci qalet li “l-impjegat in kwistjoni ma kellux safar, ħarġulu sintomi ħfief fis-27 ta’ Marzu u baqa’ jmur għax-xogħol. Sar contact tracing lill-impjegati kollha f’xift mieghu u anki kumplament staff “.

Dr Gauci ħeġġet lil dawk li marru f’dan l-istabbiliment bejn is-26 u t-30 ta’ Marzu u li jħossu xi sintomi assoċjati mal-Covid19, bħan-nuqqas ta’ xamm u togħma, sogħla, deni u qtugħ ta’ nifs, biex iċemplu 111 u ma joħorġux.

Ras imb ras, li jixxandar fuq TVM, talab il-parir dwar x’jista’ jsir mill-istabbilimenti f’każijiet bħal dan.

Debbie Xuereb, Senior Nurse Infection Control spjegat “ħafna businesses ħadu l-prekawzjonijiet. Min għamel perspex biex jifred il-klijent mill-kaxxier. Ħoloq physical barrier. Min għamel linja bajda lill-klijent biex ma jaqbiżhiex”.

Il-Professur Gauci qalet li t-tmexxija tal-LIDL ikoperat ħafna u l-istabbiliment tnaddaf fuq linji gwidi li ngħataw. Ix-xift kollu li jaħdem mal-impjegat jinsab fuq kwarantina.

Tista’ tisma’ l-kumment ta’ Prof Gauci minn hawn:

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li jrid politika tal-perswazjoni u mhux tal-arroganza u qal li l-partit għandu jgħaraf li fejn żbalja waqt li għandu l-obbligu li jibni fuq it-tajjeb…

Kronaka

Raġel ta’ 52 sena mis-Siġġiewi jinsab midrub gravi wara li waqa’ minn fuq scaffolding ta’ madwar żewġ sulari. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni, f’Misraħ Forok, ir-Rabat. Il-Pulizija…

Immigrazzjoni

L-ekwipaġġ tal-bastiment Europa II jinsab għall-kenn wara t-tanker CURACAO ‘l barra mill-ponta tal-Jerma f’Wied il-Għajn wara li l-ekwipaġġ Malti kellu jabbanduna l-pożizzjoni tiegħu mat-13-il mil ‘il barra minn Malta, minħabba…

Aktar