Barranin
Jingħalaq it-Torri Eiffel fost il-biża’ ta’ aktar vjolenza fit-toroq

It-Torri Eiffel f’Pariġi għada se jibqa’ magħluq fost il-biża’ ta’ aktar vjolenza fit-toroq waqt il-protesti kontra l-gvern mlaqqma tas-sdieri sofor.

Il-Prim Ministru Edouard Philippe ħabbar li mad-89,000 uffiċjal tal-pulizija mistennija jkunu fit-toroq tal-kapitali, fejn se jkun hemm ukoll għadd ta’ veturi armati skjerati.

Il-pulizija qed tħeġġeġ lill-ħwienet u r-ristoranti f’Champs-Elysees biex jibqgħu magħluqa u xi mużewijiet mhumiex se jiftħu lanqas.

Is-Sibt li għadda fi Franza seħħew l-agħar irvellijiet f’għexieren ta’ snin.

Il-gvern qal li se jwarrab iż-żieda mħabbra fit-taxxa tal-fuel, li kienet hi li skatat dawn il-protesti. Iżda, l-protesti żviluppaw f’turija ta’ dwejjaq u rabja li l-Franċiżi għandhom għall-gvern.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Iljun li kien fuq siġra ġie salvat wara li ntlemaħ minn sid il-ġnien f’Kalifornja. Ħaddiema tal-protezzjoni ssejħu fi proprjetà f’San Bernardino wara li ntlemaħ l-iljun fuq siġra f’għoli ta’ 15-il…

Barranin

Ħabsi fi Florida uża l-ħiliet kriminali tiegħu għal kawża ġusta. Flimkien ma’ erba’ ħabsin oħra huwa fetaħ karozza li fiha kien hemm tarbija msakkra. Il-ħabsin fetħu l-karozza wara li missier…

Barranin

Deputati fil-Parlament Ingliż appellaw li siti soċjali bħal Facebook biex jirrikorru għal azzjoni urġenti kontra l-aħbarijiet foloz li jinxterdu fuq il-pjattaformi tagħhom. Waqt laqgħat ta’ Kumitat Parlamentari Ingliż, id-Deputati qalu…

Awstralja

Il-Prim Ministru Awstraljan Scott Morrison qal li l-partiti l-kbar tal-pajjiż u l-parlament ġew milquta minn hacking serju fuq in-networks tal-kompjuters tagħhom. Skont il-Prim Ministru Awstraljan l-attakk ta’ hacking sar b’mod…

Aktar