Lokali
Jingħalqu kważi kollha l-każijiet li investiga l-Uffiċċju tal-Ombudsman fl-2018

Sebgħa u disgħin fil-mija tal-każijiet li investiga l-Uffiċċju tal-Ombudsman fl-2018 ngħalqu.

Is-Segretarju Permanenti Ewrlien, Mario Cutajar qal li dawn iċ-ċifri juru bl-aktar mod ċar l-importanza li l-Amministrazzjoni Pubblika tagħti lill-Uffiċċju tal-Ombudsman.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Mario Cutajar qal li meta wieħed iqis l-eluf kbar ta’ kuntatti bejn is-servizz pubbliku u l-klijenti tiegħu u l-fatt li kważi l-każi kollha investigati mill-Ombudsman fl-2018 ingħalqu, dan hu ċertifikat tajjeb għall-amministrazzjoni pubblika li qed twettaq xogħolha sew.

Is-Sur Cutajar indirizza konferenza tal-aħbarijiet li matulha tkellem dwar l-azzjoni li ħa l-gvern għar-rapport annwali tal-Ombudsman għas-sena li għaddiet fejn jingħad li l-Ombudsman investiga 290 każ.

“B’sodisfazzjon ngħid li 97% minn dawn il-każi ġew solvuti, jew l-Ombudsman sab li l-każ m’għandux għalfejn ikompli, jiġifieri saret ittra li s-servizz kien tajjeb jew inkella għamel ir-rakomandazzjonijiet tiegħu li kif inhi l-linja ġenerali tal-Gvern kemm jista’ jkun aħna nimplimentaw ir-rakkomandazzjoni li jkun għamel l-Ombudsman.”

Spjega li mill-290 każ, l-Ombudsman ikkunsidra 264 wara li 26 tqiesu bħala invalidi. Is-Sur Cutajar wera nuqqas ta’ qbil mal-Ombudsman meta qal li r-risposta tal-Amministrazzjoni Pubblika għar-rapport tal-2017 kisret ir-regoli tal-protezzjoni tal-informazzjoni. Żied li s-servizz pubbliku talab lill-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data biex jivverifika dan u nstab li ma kien hemm xejn ħażin għax ma nkixfitx informazzjoni personali.

Temm jgħid li l-Ombudsman u l-Kummissarji tiegħu stess jirrikonoxxu li l-Amministrazzjoni Pubblika timxi b’kontabilità u governanza tajba tant li fir-rapport l-Ombudsman jgħid li l-maġġoranza tal-uffiċjali pubbliċi u mpjegati fl-awtoritajiet pubbliċi jixirqilhom rikonoxximent għax-xogħol li jwettqu.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, qal li l-każ tal-qtil ta’ Raymond Caruana kien strumentali għall-matura fil-pajjiż. Dr Delia kien qed jitkellem f’attività fil-Gudja li fakkret it-33 anniversarju mill-qtil…

Qorti

Libjan ta’ 41 sena residenti x-Xagħra inżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar it-Tlieta li għadda, kien kompliċi ma’ persuna oħra f’attentat ta’ serq. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sitta ta’…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena mil-Libja nżamm arrestat, wara li kien akkużat b’serq u li weġġa’ ħafif pulizija. Ir-raġel, li jgħix ir-Rabat, Għawdex, kien akkużat li fit-3 ta’ Diċembru, għall-ħabta tal-5.20pm,…

Qorti

Raġel ta’ 39 sena tressaq il-Qorti t’Għawdex, akkużat li lbieraħ, għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu, għamel ħsara fuq vettura tal-għamla Vitz. Il-każ seħħ fi Pjazza Salvatore Busuttil f’Kerċem. Ir-raġel, li huwa…

Aktar