Qorti
Jingħalqu l-provi kontra Liam Debono fuq il-każ ta’ Simon Schembri

Fil-Qorti llum ngħalqu l-provi kontra Liam Debono, li qed ikun akkużat bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent Simon Schembri fil-15 ta’ Mejju 2018.

Il-proċeduri issa mistennija jkomplu billi jinħareġ l-Att ta’ Akkuża mill-Avukat Ġenerali.

L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia m’għadhomx qed jirrappreżentaw lil Debono, u fis-seduta tal-lum il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Joseph Mifsud, ħatret lill-Avukat tal-għajnuna legali Joe Bonnici.

Debono iżda informa lill-Qorti li ma jridx avukat tal-għajnuna legali, u jrid wieħed tal-għażla tiegħu. Huwa għalhekk ngħata ċans biex jaħtar avukat sas-seduta li jmiss.

Ara wkoll:

L-imputat kien jaf li hemm pulizija taħt il-karozza u beda jserrep bih min-naħa għall-oħra

Simon Schembri: “bdejt ngħidlu ieqaf…ħa toqtolni”

Aħbarijiet Oħra
TV u Radju

Il-ġurnalisti tal-PBS rebħu 9 unuri għal stejjer u produzzjonijiet li xxandru fuq TVM, Radju Malta u tvm.com.mt. Sitta mid-disgħa kategoriji li ntrebħu mill-PBS intrebħu lis-sitt ġurnalisti tal-kamra tal-aħbarijiet fosthom għal…

Lokali

Din hija ħarsa ħafifa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ħadd 21 ta’ Lulju 2019 Fl-ewwel paġna ta’ The Sunday Times of Malta insibu l-istorja dwar il-fdalijiet ta’ katavru li l-pulizija sabet…

Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Aktar