COVID-19
Jingħalqu l-uffiċini tal-ARMS għall-pubbliku

Il-korporazzjoni ARMS ħabbret li qed tagħlaq il-front offices tagħha fi Blata l-Bajda, il-Belt u Għawdex, li fihom tilqa’ lill-klijenti.

Fi stqarrija l-ARMS qalet li d-deċiżjoni ttieħdet fl-aħjar interess tal-klijenti u l-impjegati tagħha, li fl-aħħar ġimgħat komplew jaqdu lill-pubbliku.

Il-klijenti xorta waħda jistgħu jagħmlu kuntatt mal-ħaddiema tal-ARMS fuq in-numri tat-telefon 8007 2222 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00am u l-4:00pm, inkella fuq l-email [email protected] jew facebook.com/ARMSltdMalta.

Barra minn hekk, għadd ta’ servizzi jibqgħu disponibbli fuq is-sit elettroniku arms.com.mt.