Kurżitajiet
Jingħaqdu virtwalment biex ikantaw silta f’Jum id-Duluri

Għadd ta’ korijiet f’Malta u Għawdex qed isibu mezz kif ikomplu bit-taħriġ, u anki jirrekordjaw siltiet ġodda – kollox b’mod virtwali.

Fost dawn hemm il-kor tal-parroċċa ta’ Birżebbuġa, li f’dawn iż-żminijiet xtaq iwassal silta marbuta ma’ Jum id-Duluri, speċjalment għal dawk li huma devoti ta’ din il-purċissjoni, li din is-sena mhux se tkun qed issir.

Josette Polidano, li tmexxi dan il-kor magħmul minn 24 persuna, qalet li ħadmu flimkien fuq din is-silta biex jibqgħu jagħtu servizz lill-parruċċani, u fl-istess waqt jgħollu l-moral tagħhom stess.

Kor ieħor li rrekordja kanzunetti b’dan il-mod huwa dak tal-Għargħur, anki jekk din id-darba mhux b’rabta ma’ festa reliġjuża.

Flimkien mal-banda XL, il-membri ta’ dan il-kor iddecidew li jiksru s-silenzju u l-ħemda tal-Kwaranrina permezz ta’ żewg filmati ta’ kanzunetti li jnisslu tama u kuraġġ f’dan iż-żmien diffiċli.

Għal dan l-iskop il-Kor u l-Band XL għażlu żewġ siltiet; We are the World u Xemx. Ara hawn:

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Inqas minn ġimgħa mill-budget addizzjonali li l-Gvern ser iressaq nhar it-Tnejn, il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ltaqa’ mal-imsieħba soċjali fi ħdan il-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex flimkien taw ħarsa lejn…

Lokali

SkolaSajf 2020 se tkun qed tiftaħ il-bibien tagħha fl-1 ta’ Lulju li ġej, jiġifieri kważi ħmistax-il ġurnata iktar kmieni milli tiftaħ is-soltu. Fi stqarrija ntqal li dan hu possibbli wara diversi preparamenti li saru fl-aħħar xhur…

Annimali

Boton qtates ta’ sbatax tħalla abbandunat quddiem bieb ta’ santawarju tal-qtates f’Bormla. Il-Voluntiera tas-santwarju CSAF qalu li jħossuhom irrabjati li mhux biss għax dawn il-frieħ ġew mormija, iżda setgħu tgħaffġu…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna flimkien mal-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela ltaqgħu mal-imsieħba soċjali bi preparazzjoni għall-budget ta’ rkupru li se jitħabbar nhar it-Tnejn 8…

Aktar