Barranin
Jingħata $289 miljun wara li l-bexx qabbdu l-kanċer

Il-qrati ta’ California sabu lil kumpanija Monsanto ħatja wara li ddeliberat għal tlett ijiem biex tagħti l-verdett tagħha dwar kawża legali mressqa minn raġel li allega li l-bexx li kellu s-sustanza glifosat ikkawżalu l-kanċer.

Il-kumpanija kienet ordnata tħallas $289 miljun bħala danni lil Dewayne Johnson, li kien juża l-bexx Roundup regolarment waqt xogħolu bħala ħaddiem tal-‘maintenance’ fi skola.

Il-kanċer ta’ Johnson jinsab fi stadju avvanzat, tant li t-tobba ma kinux ċerti jekk kien se jgħix sakemm tinqata’ l-kawża.

Dan kien l-ewwel każ deċiż mill-qrati Amerikani minkejja li l-kumpanija qed tiffaċċja mal-ħamest elef kawża simili fl-Istati Uniti biss.

Il-kumpanija Monsanto qed tiċħad li l-glifosat jikkawża l-kanċer u sostniet li studji xjentifiċi li saru għal għexieren ta’ snin urew li l-kimika ma kellhiex effetti perikolużi għal saħħet il-bniedem.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-President Russu Vladimir Putin wasal fi Vladivostok għall-ewwel taħdidiet mal-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un. Il-Mexxej Kim Jong Un wasal fil-belt Russa lbieraħ permezz ta’ ferrovija. Il-Gvern Russu qal…

Kurżitajiet

L-istilla ta’ Juventus u t-tim nazzjonali tal-Portugall Cristiano Ronaldo approfitta mir-rebħ tal-kampjonat mit-tim tiegħu u għall-Għid mar jiċċelebra mas-sieħba tiegħu Georgina fil-Kroazja. Waqt btala ta’ tliet ijiem f’Dubrovnik, spikka l-lussu…

Saħħa

Mara li sofriet minn ġrieħi serji f’moħħha wara li kienet involuta f’inċident ikrah tat-traffiku fl-Emirati Għarab Magħquda qamet minn koma li kienet fiha għal kważi 3 diċenji. Munira Abdulla kienet…

Barranin

Il-President tal-Filippini Rodrigo Duterte hedded lill-gvern Kanadiż bi gwerra jekk ma jiħux lura l-iskart li bagħtu fil-pajjiż. Mal-2,450 tunnellata skart intbagħtet lejn il-Filippini fl-2013 u l-2014 iżda meta sarulha l-ispezzjonijiet,…

Aktar