Qorti
Jingħata ċans ieħor mill-Qorti wara li darab raġel u nqabad fil-pussess tad-droga

Il-Qorti tat ċans ieħor lil raġel li ammetta li kkawża ġrieħi gravi lil raġel ieħor u fl-istess waqt kien fil-pussess tad-droga.  Il-każ seħħ 3 ijiem ilu għall-ħabta ta’ 12pm f’Ħal Qormi.

Richard Sciberras ta’ 45 sena ammetta li kkawża ġrieħi gravi lil Renald Baldacchino u kellu fil-pussess tiegħu d-droga kokaina u eroina, kif wkoll li huwa riċediv.  Meta tat is-sentenza, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Monica Vella, qieset l-ammissjoni tal-imputat, il-gravità u ċ-ċirkostanzi tar-reat, kif ukoll il-fedina penali tiegħu.

Sciberras instab ħati u ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal 4 snin, filwaqt li tpoġġa fuq ordni ta’ probation għal sentejn li matulhom għandu jkun segwit u jingħata l-għajnuna meħtieġa.