Lokali
Jingħata dimensjoni ġdida l-Mużew tal-Katidral fl-Imdina

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti tagħhom. Il-proġetti saru b’fondi tal-Unjoni Ewropea u tal-Mużew bil-għan li jikber l-apprezzament tal-istorja li sawret il-poplu Malti.

Id-diriġenti tal-Mużew tal-Katidral fl-Imdina qed jipprovdu opportunità biex il-pubbliku iżda speċjalment it-tfal jitgħallmu b’mod informali dwar l-esebiti imprezzabbli li hemm f’dan il-mużew.

Il-kurutur tal-Mużew Monsinjur Edgar Vella qal li l-mużew ser joffri diversi facilitajiet biż-żewġ proġetti li saru u erba’ oħra li ser isiru din is-sena.

Mons Edgar Vella qal “l-iskop ewlieni huwa li l-mużew isir aktar aċċessibbli ta’ kull età u ta’ kull kundizzjoni jiġifieri l-mużew huwa post ta’ edukazzjoni. Il-learning centre li qed iservi għat-tfal tal-iskola kif ukoll għal studenti oħra kif ukoll għall-artisti li jkollhom kollezzjoni x’jesebixxu.”

Dawn is-sensiela ta’ proġetti msejħa Museum Access ser itejbu l-esperjenza tal-viżitaturi u qed isiru taħt id-direzzjoni tal-konsulent Tony Cassar. Huwa spjega li l-mużew huwa aċċessibbli għal kulhadd fosthom dawk li jbatu b’xi kondizzjoni fosthom l-awtiżmu.

Is-Sur Michael Pace Ross mill-Fondazzjoni Patrimonju Kulturali tal-Arċidjocesi qal li dawn il-proġetti qed isiru b’investiment ta’ €25,000 li l-parti l-kbira tagħhom ġejjin mill-fondi tal-Unjoni Ewropea bil-kumplament toħroġhom il-Fondazzjoni.

Is-Sur Pace Ross faħħar il-kunċett li fil-mużew jinħoloq ambjent fejn it-tfal iħossuhom komdi li jitgħallmu ħalli jikber l-apprezzament għall-istorja li sawret il-poplu Malti. Il-proġetti qed isiru taħt l-iskema għall-Organizzazzjonijiet volontarji mmexxija mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Omm Maltija ta’ żewġt itfal żgħar ilha sitt ġimgħat ma tara lil uliedha, u tisħaq li ma tafx x’sar minnhom. L-omm, li isimha mhux qed jixxandar fl-interess tat-tfal, ix-xahar li…

Kultura

Aktar minn 100 kwadru ta’ arti fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti tneħħew minn posthom minħabba l-moffa li żviluppat fil-binja. F’kummenti lil TVM, il-Kuratur tal-MUŻA, Kenneth Cassar, spjega li l-opri tal-arti tneħħew minn…

Qorti

Raġel ta’ 31 sena li joqgħod Birżebbuġa wkoll ingħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ elf ewro u garanzija ta’ għaxart elef ewro wara li tressaq il-Qorti mixli li attakka, insulta, hedded…

Qorti

Raġel ta’ 26 sena mix-Xewkija li jaħdem fil-kafeterija tal-vapuri tal-Gozo Channel wieġeb mhux ħati li seraq €1,500 mill-basket ta’ mara li ħallietu warajha fuq mejda. Fil-Qorti, il-prosekuzzjoni ppreżentat filmati tas-CCTV…

Aktar