Lokali
Jingħata kumpens ta’ €4,000 wara dewmien fil-proċeduri kriminali kontrih

Il-Qorti Ċivili ordnat li jingħata kumpens morali ta’ €4,000 mill-Avukat Ġenerali lil Adrian Abela minħabba dewmien fil-proċeduri kriminali kontrih dwar allegat pussess tad-droga kannabis.

Il-każ dam ikarkar tnax-il sena sakemm Abela ma nstabx ħati tal-akkużi kontrih.

Huwa kien ġie arrestat fuq il-każ fl-2004 u deher il-Qorti fl-2008 waqt li l-każ ġie deċiż fl-2016. Abela fittex għad-danni minħabba li qal li ma ngħatax smigħ xieraq minħabba dan id-dewmien.