Lokali
Jingħata l-asfalt fl-Imtaħleb Hill li tintuża għall-isport tal-karozzi

Sax-xahar id-dieħel, it-Telgħa tal-Imtaħleb ser tkun irranġata b’titjib fil-faċilità ta’ sigurtà għad-dillettanti tal-karozzi fejn jorganizzaw diversi attivitajiet f’din it-triq wieqfa u mserpa. Il-proġett qed isir b’investiment ta’ nofs miljun ewro.

Mill-aħħar tas-sebgħinijiet, it-Telgħa tal-Imtahleb bdiet tintuża għall-isport tal-karozzi. Madankollu t-triq ma kinitx fi stat tajjeb u l-ilmenti tad-dilettanti damu biex sabu widen.

Fl-aħħar ta’ Settembru bdew ix-xogħlijiet biex it-Telgħa tingħata wiċċ ġdid u jitjiebu l-faċilitajiet għas-sigurtà. L-Aġent Kap Eżekuttiv SportMalta, Chris Bonett qal li l-proġett kien ilu mistenni mid-dilettanti tal-karozzi li mas-snin bdew jitilfu l-interess għax kienet saret perikluża.

Chris Bonett qal li “kien hawn ċerti tumbati u ġie kollox illixjat, sar il-grif tat-triq, sar l-asfalt – l-asfalt huwa partikolari. Huwa basalt li nġieb minn barra. Huwa materjal li jagħti iktar grip, allura b’hekk jagħti iktar speed u aktar saftey. Se jsiru wkoll il-guard rails li ovvjament apparti l-pjaċir tal-hill climb ikun hemm is-sigurtà kollha”.

Il-Viċi President tal-Federazzjoni Maltija għall-Motor Sport, William England laqa’ b’sodisfazzjon il-proġett li fi kliemu ser jibbenefikaw minnu mijiet ta’ dilletanti. Qal li dan ser jikkontribwixxi fin-niċċa ta’ turiżmu sportiv.

“Issa l-fatt li għandna what we can consider an international grade hill climb, id-direzzjoni tagħna hija li nistgħu nattiraw parteċipanti minn Sqallija u l-Italja biex jipparteċipaw fil-hill climbs ta’ Malta. Fil-fatt diġà qed naħdmu ma’ Sqallija biex mhux biss inġinu n-nies tagħhom imma nintroduċu kampjonat Sicilio-Maltese” qal li William England.

Fi żjara fuq il-lant tax-xogħol fejn bħalissa qed jingħata l-asfalt fuq medda ta’ ftit aktar minn kilometru u nofs, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li l-pjan huwa li dan il-proġett jingħaqad mat-toroq tar-Rabat biex tissaħħaħ l-infrastruttura tal-inħawi.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Clifton Grima qal li dal-proġett qed issir b’kollaborazzjoni bejn Transport Malta u Sports Malta b’investiment ta’ nofs miljun ewro u mistenni jitlesta sax-xahar id-dieħel.

 

Aħbarijiet Oħra
Trump

Gidba minn George Papadopoulos ħelset lill-Professur Malti Joseph Mifsud milli jiġi aktar investigat dwar ir-rabta bejn il-President Amerikan Donald Trump u r-Russja waqt il-kampanja elettorali. L-Awtoritajiet Federali Amerikani qed jinsistu…

Kronaka

Raġel ħarab wara li seraq ammont ta’ flus minn ħanut. Ilbieraħ għall-ħabta tas-6:30pm, raġel armat b’arma li taqta’ u bil-ponta daħal f’ħanut fi Triq Santa Tereża, Bormla. Huwa talab il-flus…

Ikel

L-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ħareġ twissija dwar ftehim għal żieda fil-prezz tal-pastizzi u qal li se jkun qed jipproċedi kontra negozji li jiftehmu bejniethom dwar prezzijiet. Fi stqarrija, l-Uffiċċju għamel referenza għar-rapporti…

Aktar