Lokali
Jingħata l-ħelsien ir-raġel mixli li pprova jaħraq lil oħt l-eks sieħba tiegħu u lil binha fil-karozza

Żabbari ta’ 27 sena li huwa akkużat li prova jagħti n-nar lill-karozza li fiha kien hemm oħt l-eks sieħba tiegħu u binha żgħir, ingħata l-ħelsien mill-arrest.

Il-każ seħħ f’Lulju li għadda fi Triq Berebis f’Ħaż Żabbar stess. Alvin Pullicino qed jiġi akkużat li waqqaf il-karozza ta’ oħt l-eks sieħba tiegħu u tefa’ l-fjuwil fuq il-vettura.

Huwa fetaħ il-bieba tal-karozza u kompla jitfa’ l-fjuwil fuq il-mara li rnexxielha toħroġ mill-karozza. Huwa qed jiġi akkużat li rabtilha għonqha b’katina qabel ma rnexxeilha taħrab. Pullicino kien għadu miżmum arrestat mindu seħħ il-każ, li dwaru qed jiffaċċja wkoll akkużi raġel ieħor bħala kompliċi ta’ Pullicino.

Alvin Pullicino ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija ta’ €50,000. Huwa ġie ordnat ukoll biex jiffirma l-għassa kuljumu li ma’ ċertu ħin ikun lura d-dar.

Ara wkoll:

Aġġornat: Jinżammu arrestati wara li pprovaw jaħarqu mara f’Ħaż-Żabbar

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Hekk kif diversi parroċċi qed jiċċelebraw il-festa ta’ San Marija, f’diversi rħula lbieraħ kien hemm wirjiet spettakolari tan-nar. Fl-Imqabba lbieraħ kien hemm spettaklu li paxxa l-għajnejn ta’ dawk li raw…

Edukazzjoni

Żgħażagħ u adolexxenti mis-Salesian Brigade u grupp ta’ żgħażagħ Franċiżi qed jikkampjaw f’ambjent nieqes mill-kumditajiet bil-għan li jitgħallmu affarijiet bażiċi tal-ħajja. F’din l-esperjenza qed ipoġġu fil-prattika t-tagħlim dwar il-ħarsien tal-ambjent…

Ġurnali

Din hija ħarsa ħafifa lejn l-istejjer fuq il-faċċata tal-ġurnali tal-lum l-Erbgħa 15 t’ Awwissu: Il-ġurnali kollha dalgħodu jirrapppurtaw it-traġedja li seħħet ilbieraħ f’Genova l-Italja fejn ċediet parti mill-Pont Morandi li…

Lokali

Il-Partit Nazzjonalista qal li r-reputazzjoni tas-settur tas-servizzi finanzjarji mhix tittieħed bis-serjetà. Fi stqarrija qal li l-iskiet tal-Gvern u l-FIAU dwar kif il-President Veneżwelan u persuni qrib tiegħu allegatament ħaslu b’…

Aktar