Qorti
Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li hedded lil missieru u lil ħuh

Neville Abela ta’ 32 sena mill-Marsa, ammetta żewġ inċidenti ta’ vjolenza u theddid fuq missieru u ħuh li ġraw fl-aħħar jiem fid-dar tal-familja.

Abela li għandu l-problema tad-droga ġie mixli ukoll li kiser l-ordni tal-probation li ngħata mill-Qorti x-xahar li għadda. Il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras qablet li qabel tagħti s-sentenza isir rapport dwar l-akkużat.

Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest b’garanzija personali ta’ €5,500 u b’diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jersaqx lejn missieru u ħuh u d-dar tagħhom.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ supervizzjoni fuq Abela u ordni ta’ protezzjoni għal missieru u għal ħuh.