Qorti
Jingħata l-libertà kundizzjonata wara li nqabad b’dokument li ma kienx f’ismu

Pakistani ta’ 52 sena ġie akkużat li kellu fil-pussess tiegħu dokument Taljan li ma kienx f’ismu.

Ghulam Murtaza Cheema ġie mixli li jumejn ilu waqt li kien fit-Terminal tal-Virtù Ferries instab fuqu dokument li ta’ raġel ieħor. L-akkużat ammetta l-akkuża.

Fil-Qorti, l-Ispettur Frankie Sammut spjega li din is-sejba saret meta l-akkużat beda jaġixxi stramb waqt li kien mistoqsi dwar il-mawra tiegħu f’Malta. Il-Maġistrat Ian Farrugia ordna biex l-imputat jinħeles mill-arrest u wissieh biex ma jagħmilx reat ieħor fi żmien 9 xhur.