Qorti
Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li nqabad bid-droga u l-armi

Raġel ta’ 25 sena minn Wied il-Għajn, li ismu ma jistax jissemma b’ordni tal-qorti li kellu armi u munizzjon mingħajr permess.

Fil-Qorti, l-Ispetturi Kevin Pulis u Mario Xiberras spjegaw li r-raġel ġie arrestat jumejn ilu wara li nħareġ il-mandat ta’ arrest biex ikun investigat fuq il-qtil tal-immigrant Lassana Cisse Souleymane f’Ħal Far. Qalu li mill-investigazzjonijiet li saru rriżulta li ma kellux x’jaqsam mal-qtil. Madankollu fit-tfttixija fid-dar tiegħu nstabu, qaws, pistola, air rifle, rifle u sub machine-gun u mal-10,000 ballal u skratċ u tmien kilo ċomb.

L-Avukat Gianella Demarco talbet għal divjett fuq isem l-imputat. Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx minħabba li qed jikkopera mal-Pulizija f’diversi investigazzjonijiet oħra. Il-Qorti laqgħet it-talba tad-divjett waqt li ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depozitu ta’ €3,500 garanzija personali ta’ €15,000.