Qorti
Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tfajla ta’ 14-il sena akkużatu li abbużaha

Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq quddiem il-Qorti akkużat li abbuża sesswalment lil studenta ta’ 14-il sena li kienet qed tgħix għandu.

Ir-raġel, li ismu ma jistax jixxandar b’ordni tal-Qorti, kien qed jilqa’ f’daru lil din it-tfajla flimkien ma’ studenti barranin oħra li kienu qed jistudjaw l-Ingliż f’Malta.

It-tfajla xehdet fil-Qorti permezz ta’ filmat. Hija qalet li fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa filgħodu kienet rieqda fis-sodda tal-kamra assenjata lilha, meta f’daqqa u l-ħin qamet u sabet lir-raġel imissha. Qalet li meda nduna li qamet, waqaf u telaq ‘il barra.

It-tfajla uriet il-piġama li kienet liebsha, u qalet li r-raġel niżżlilha l-għonq ‘l isfel u beda jmissilha sidirha.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest peress li t-tfajla se titlaq lura pajjiżha fil-jiem li ġejjin.

Ir-raġel inħeles b’depożitu ta’ €300, u kien ordnat jiffirma l-għassa tliet darbiet f’ġimgħa.