Għawdex
Jingħata l-konkos fil-Menqa

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li llum beda jingħata l-konkos fil-Menqa bi tkomplija mal-ewwel saff tal-bażi, kif ukoll bdew jinfirxu l-ewwel sleeves bis-servizzi lejn il-proprjetajiet.

Il-Ministru spjega li nqala’ l-materjal li kien hemm qabel, sar id-drenaġġ mill-ġdid bejn ir-ristoranti, kif ukoll ġie installat valve chamber u riservi ġodda konnessi ma’ setting tank ġdid. Dan filwaqt li fil-ġranet li ġejjin għandhom jaslu l-ewwel containers bil-porfido.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri fakkar li l-masterplan tax-xatt ta’ Marsalforn jinkludi pavimentar bil-lava/porfido ta’ Triq il-Port, Triq il-Forn, Triq San Ġużepp, Triq ir-Rabat u Misraħ Sir Michelangelo Refalo, kif ukoll installazzjoni ta’ dwal ġodda u street furniture biex iż-żona tingħata dehra kontemporanja. Se jkunu qegħdin jiġu allokati madwar 12,850 metru kwadru għall-imwejjed u s-siġġijiet tal-bars, ir-restoranti u ħwienet oħra.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar