Lokali
Jingħata l-libertà kkundizzjonata wara li xarrab lill-pulizija

Pollakk ta’ 42 sena ngħata l-libertà kkundizzjonata u multa wara li qal li jiddispjaċih li ħoloq l-inkwiet f’boutique hotel f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ fis-2.30am, il-lejl li għadda, meta r-raġel kien xurban.

Huwa kien akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika, kien xurban, li xarrab lill-pulizija b’xi xorb u nsulentah.

L-akkużat, li ma riedx ikun assistit minn avukat, wieġeb ħati u qal li ddispjaċih għal dak li għamel.

Huwa ngħata l-libertà kkundizzjonata u weħel multa ta’ €800.

Aħbarijiet Oħra
Politika Lokali

Fid-dawl tal-konklużjonijiet dwar l-inkjesta ta’ Egrant, il-Partit tal-Alternattiva Demokratika qal li l-korruzzjoni mhux faċli li tippruvaha. Il-Kelliem tal-AD, Carmel Cacopardo qal li l-Alternattiva Demokratika dejjem qagħdet lura meta bdew ħerġin…

Politika Lokali

F’konferenza stampa dwar il-każ Egrant, il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li talab lil Dr Simon Busuttil iġorr responsabbiltà politika u jissospendi ruħu mill-grupp Parlamentari Nazzjonalista. Qal li fid-dawl tal-prinċipji tal-Partit…

Politika Lokali

Id-deputat u l-ex Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li s-sejħa tal-Prim Ministru biex huwa jirriżenja wara l-eżitu tal-inkjesta fuq Egrant hija redikola. L-inkjesta sabet li l-Egrant ma kinitx tal-Prim…

Immigrazzjoni

Jaslu u jinżlu l-art id-19-il immigrant li ġew salvati fl-ibħra Maltin matul il-lejl li għadda. Il-Forzi Armati kienu bieżla dal-lejl b’operazzjoni ta’ salvataġġ wara li dgħajsa li kienu fuqha 19-il…

Aktar