Qorti
Jingħata l-libertà proviżorja r-raġel li kien ħataf ajruplan u sfurzah itir lejn Malta

Ingħata l-libertà proviżjorja ż-żagħżugħ Libjan kunsidrat li kien il-moħħ wara l-ħtif ta’ ajruplan li tniżżel Malta jumejn qabel il-Milied tal-2016.

Soko Moussa Shaha Ali ilu miżmum arrestat il-ħabs minn dakinhar.

Dwar il-każ kienu tressqu l-Qorti żewġ Libjani, mixlija fost oħrajn bi ħtif ta’ ajruplan, terroriżmu, pussess ta’ armi foloz, li użaw vjolenza fuq persuna li kienet abbord it-titjira, li żammew lin-nies abbord kontra r-rieda tagħhom u li għamlu tentattiv li joħolqu instabilità ekonomika jew finanzjarja għal gvern jew istituzzjoni internazzjonali.

Wara li rat ir-rikors ta’ Shaha Ali, il-Qorti tagħtu l-libertà proviżorja b’seba’ kundizzjonijiet fosthom garanzija personali ta’ ħamsin elf ewro u depożitu ta’ għoxrin elf ewro, ma jistax isiefer minn Malta mingħajr il-permess tal-Qorti u li fl-ebda ħin ma jista’ jitla’ fuq dgħajsa jew vapur.

Fid-digriet, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera rrakkomandat lil-leġiżlaturi biex ikun hemm emenda fil-liġi dwar l-għoti tal-ħelsien mill-arrest ta’ individwi li jitressqu l-Qorti akkużati b’reati ta’ terroriżmu. Qalet li f’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Qorti għandha tingħata diskrezzjoni bil-għan li jinżamm bilanċ bejn id-drittijiet tal-akkużati u dawk tas-soċjetà.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Charlie, il-kelb tad-Dwana, irnexxielu jxomm u jaqbad passiġġier Yemeni li kien qed iġorr €14,064 fi flus mhux dikjarati. Il-passiġġier kien qed jistenna t-titjira tiegħu lejn l-Istanbul meta twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana. Bis-saħħa…

Kronaka

Tifel sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura f’Ħal Qormi. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 fi Triq Manwel Dimech. Minn tagħrif li għandu TVM jirriżulta li t-tifel ittajjar minn karozza…

Kronaka

Sid ta’ karozza qed iwissi lil ħaddieħor biex isakkar il-vetturi  tiegħu wara li ġie misruq minn mara li nqabdet b’filmat tiftaħ u tħarbex f’i ħwejjeġ ħaddieħor. Fil-filmat, il-mara tidher qed tiftaħ…

Aktar