Qorti
Jingħata l-libertà proviżorja wara li ma ammettiex li ħebb għal martu

Raġel ta’ 40 sena mill-Imqabba ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €3,000 wara li ma ammettiex li ħebb għal martu u kkaġunalha ġrieħi ħfief fi ġlieda li nqalgħet bejniethom.

Ir-raġel intbagħat joqgħod f’residenza oħra fiż-Żurrieq, bil-Qorti ordnatlu li josserva diversi kundizzjonijiet fosthom li ma jersaqx lejn martu jew jikkomunika magħha u lanqas jersaq lejn l-Imqabba.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-mara u anke biex ikun appuntat probation officer biex isegwi lill-imputat. Id-difiża talbet il-ħelsien mill-arrest filwaqt li l-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

It-tabib tal-emerġenza, Michael Spiteri esprima d-diżżapunt tiegħu fuq il-media soċjali għall-fatt li lbieraħ filgħaxija partitarji tal-Floriana inġabru f’attività tal-massa fuq il-Fosos, sabiex jiċċelebraw id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol li vvutaw…

COVID-19

Il-Coronavirus qed jolqot sew l-Amerka Ċentrali li saret l-epiċentru tal-pandemija. Fi Gwatemala, żewġ saċerdoti missjunarji Għawdxin qalu li fl-aħħar ġimgħat, il-faqar kompla jgħolli rasu b’saħanisitra familji qed itajru bandiera bajda…

COVID-19

Sidien ta’ ristoranti li fetħu fi tmiem il-ġimgħa wara aktar minn xahrejn magħluqa qalu lil TVM li minkejja li kien bidu kwiet, iħossuhom pożittivi għaliex il-klijenti qed juru sinjali ta’…

Aktar