Kisbiet
Jingħata l-ogħla unur għall-kontribut tiegħu fl-anestesija

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta.

F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen Gatt qal li Malta lilu tatu ħafna fosthom edukazzjoni soda li minnha għamel suċċess tul ħajtu u ġie rikoxxut għax-xogħol li wettaq minn kważi f’kull rokna tad-dinja.

Din il-ġimgħa, il-Professur Stephen Gatt ingħata l-ogħla unur mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Anestesisti għall-kontribut tiegħu fl-anestesija. L-anestesist huwa t-tabib li jispeċjalizza fil-loppju u għandu sehem importanti f’kull operazzjoni.

“Barra mil-loppju mbagħad għandna dipartiment bħal pain relief u palliative care, fejn nies li huma terminali b’mard bħal kanċer nistgħu intaffulhom l-uġigħ.”

Fl-2018, il-Professur Gatt ingħata l-ogħla unur mis-Soċjetà tal-Ostetrija tal-Awstralja u New Zealand għall-kontribut tiegħu f’dan il-qasam ta’ mediċina dwar it-tqala, it-twelid u l-perjodu ta’ wara l-ħlas.

F’intervista ma’ TVM, il-Professur Gatt qal li huwa onorat ħafna speċjalment b’dan l-unur għax hu speċjalist fil-kura intensiva u l-anestesija u mhux l-ostetrija. L-Awstralja rrikonoxxiet il-kontribut kbir li ta l-Professur Malti fit-twaqqif tal-ewwel dipartiment tal-kura intensiva tal-Ostetrija fl-Awstralja.

“Dan kien l-ewwel post li qatt sar intensive care bħal dan u naħseb li huwa l-ewwel intensive care unit għall-obstetrics fid-dinja kollha. Dan kien twaqqaf 27 sena ilu u minn dak iż-żmien itratta ħafna nies u jien kburi li kont parti minn dan il-proġett.”

Il-Professur Gatt serva bħala l-President tas-Soċjetà tal-Anestesija tal-Ostetrija għall-Asja u l-Oċeanja u m’hemmx pajjiż f’dawn l-bnadi tad-dinja li ma marx jgħallem u ta kontribut tiegħu.

“Tajt lectures f’iktar minn 100 ċitta l-aħħar waħda li kelli kienet Beijing, qabel Moscow that is, u f’ġurnata waħda tajt lectures lil 13,748 persuna fl-istess sala jew insomma fl-istess kumpless.”

Il-Professur Gatt ħoloq id-disinn ta’ għadd ta’ tagħmir mediku li jintuża mad-dinja kollha. Kiteb ħames kotba u 285 scientific paper li ġew tradotti f’ħafna lingwi. Qal li jagħtih sodisfazzjoni kbir meta jara li x-xogħol tiegħu jilħaq ħafna nies.

“Waħda mill-aktar affarijiet li għandi unur li għamilt, hi li darba minnhom mort f’suq il-veru bażiku fl-Indoneżja u nsib traduzzjoni tal-ktieb tiegħi. Xtrajtu għal 80 cents kollox.”

Madwar 15-il sena ilu, il-Professur Gatt ġie onorat bħala membru tal-Ordni tal-Mertu mill-Gvern Malti u xi 10 snin ilu ngħata wkoll l-Order of Australia.

Il-Professur Gatt kien Malta għal laqgħa tal-Kunsill tal-Maltin li jgħixu barra li matulha l-Ministru Carmelo Abela ħabbar li f’Ottubru tas-sena d-dieħla ser tiġi organizzata konvenzjoni għall-Maltin li jgħixu barra, bit-tema ‘Keeping Connected’.

Aħbarijiet Oħra
Infrastruttura

Sas-sajf li ġej mistennija jkunu lesti għall-użu taċ-ċiklisti u l-pubbliku, żewġ pontijiet pedonali li qed isiru bħalissa għal żewġ toroq ewlenin fi Blata l-Bajda u qrib l-ajruport f’Ħal Luqa.Il-pontijiet qed…

Saħħa

Saċerdot li kien jgħallem l-Università jħoss li l-ġerħa tas-solitudni, hi fonda tant, li qed tinħass ukoll fost iż-żgħażagħ. F’kummenti lil Television Malta, Dun René Camilleri stqarr li f’ċerti każijiet, din…

Lokali

L-istudenti tal-primarja u l-ġenituri tagħhom għandhom ċans isiru jafu iktar dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol li joffru l-industriji tax-xjenza u t-teknoloġija permezz ta’ expo li qed tiġi organizzata fl-Esplora fil-Kalkara. Fiċ-Ċentru…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar kif se jinħatar il-Kummissarju l-ġdid tal-Pulizija, b’metodu li fi kliemu hu aktar trasparenti mis-sistema ta’ bħalissa fejn il-ħatra ssir direttament mill-Prim Ministru. Dr Abela qal…

Aktar