Barranin
Jingħata l-verdett dwar id-diżastru ta’ Hillsborough

F’verdett li qajjem ħafna rabja fost il-poplu Ingliż, il-Kap tal-Pulizija f’Hillsborough ġie liberat minn kull akkuża relatata ma’ qtil.

Il-każ imur lura għall-15′ April tal-1989, meta waqt partita bejn Liverpool u Nottingham Forrest fl-Istadium ta’ Hillsborough, mietu 94 persuna, u żewġ persuni oħra jitilfu ħajjithom fiż-żmien ta’ wara, kawża tal-ġrieħi li sofrew. Dan minħabba li kien hemm iktar persuni milli permess f’wieħed mit-terrazzini tal-grawnd, u b’konsegwenza ta’ dan, it-terrazzin waqa fuq il-benjamini ta’ Liverpool.

766 persuna ukoll sofrew ġrieħi kawża ta’ dak li seħħ.

Fil-Qorti iżda, ġuri tletin sena wara ma sabx lill-Kap tal-Pulizija tal-lokal, Dave Duckenfield, ħati ta’ qtil involontarju b’negliġenza.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Prim Ministru ta’ Franza Edouard Philippe ssottometta r-riżenja tiegħu wara tliet snin fit-tmun tal-gvern tal-President Emmanuel Macron. Minkejja li fi Franza Philippe jgawdi popolarità aktar minn Macron, il-partit République En…

COVID-19

Riċerkaturi fl-Università Federali ta’ Santa Catarina fil-Brażil ħabbru li f’Novembru li għadda sabu l-preżenza ta’ coronavirus f’kampjun tad-drenaġġ, li ttieħed minn Florianopolis, il-kapitali ta’ Santa Catarina fin-Nofsinhar tal-Brażil. Dan ifisser…

Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

Barranin

Il-pulizija f’Hong Kong għamlet l-ewwel arresti taħt il-liġi l-ġdida imposta minn Beijing kontra l-protesti. Dan hekk kif għadd kbir ta’ nies fakkru it-23 sena mit-tmiem tat-tmexxija Ingliża. Aktar minn 300…

Aktar