Qorti
Jingħata sentenza sospiża wara li seraq €54,000 mid-dar t’ommu

Żgħażugħ ingħata sentenza sospiża wara li fil-Qorti ammetta li seraq €54,000 mid-dar t’ommu.

Fil-Qorti l-ispetturi Mario Sciberras u Roderick Attard xehdu li l-flus kienu moħbija ġo kompjuter li kien ġo kaxxa taż-żraben. Xehdu li ż-żgħażugħ ammetta li kien ħa dawn il-flus meta l-pulizija arrestat persuni oħra fuq suspett li setgħu kienu huma li serqu dawn il-flus.

Fil-Qorti ħareġ li l-familja kienet għaddejja minn perjodu diffiċli minħabba proċeduri ta’ separazzjoni. L-omm imbikkma ħafret lil binha għaliex stqarret li ma riditx li dal-każ jirrovina l-futur ta’ binha.

Wara li semgħet ix-xhieda kommoventi u l-ammissjoni taż-żagħżugħ u ikkunsidrat ukoll li l-flus ġew ritornati, l-Maġistrat Charmaine Galea, ikkundannat liz-żgħażagħ sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ superviżjoni fuq iż-żgħażagħ u ordnatlu jħallas l-ispejjeż tal-Qorti waqt li wissietu biex ma jagħmilx reat ieħor għax jispiċċa l-ħabs.