COVID-19
Jingħataw aktar minn 400,000 tilqima tal-COVID-19

Mis-27 ta’ Diċembru ‘l hawn ingħataw aktar minn 400,000 tilqima kontra l-imxija tal-COVID-19.

Sal-bieraħ kienu ngħataw 400,118 doża tal-vaċċin, b’130,537 minnhom li ħadu wkoll it-tieni doża.

Kienet l-infermiera Rachel Grech li ħadet l-ewwel tilqima tal-COVID-19 nhar is-27 ta’ Diċembru.

Mit-Tnejn li ġej il-programm ta’ tilqim f’pajjiżna se jidħol f’fażi oħra kruċjali bir-reġistrazzjoni għat-tilqima tal-Covid-19 se tinfetaħ għall-poplu Malti u Għawdxi kollu minn sittax-il sena ’l fuq.