Lokali
Jingħataw il-ħelsien mill-arrest il-Malti u l-Libjani li nqabdu bil-kokaina

Tliet irġiel; Malti u żewg Libjani, tressqu l-Qorti akkużati fost oħrajn bi traffikar tad-droga wara li jumejn ilu ġew arrestati f’Ħal Kirkop fejn instab li kellhom kilo u nofs droga kokaina u 63 elf ewro fi flus kontanti.

Huma wieġbu mhux ħatja u għalkemm il-prosekuzzjoni oġġezzjonat għall-ħelsien mill-arrest, l-irġiel ingħataw il-libertà proviżorja b’diversi kundizzjonijiet.

Tristen Kyle Pisani ta’ 25 sena minn Ħal Tarxien u ż-żewġ Libjani Annajar Osama Solejman u Boulqassim Khalleefah Almigheer li joqgħodu Ħal Għargħur u s-Swieqi rispettivament tressqu quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit akkużati fost oħrajn bit-traffikar tad-droga u ħasil tal-flus. Pisani ġie akkużat ukoll li kellu l-kannabis u li huwa riċediv.

L-Ispettur Justine Grech spjega kif it-tliet irġiel kienu f’karozza flimkien u li d-droga u l-flus instabu moħbija taħt is-seat tal-passiġġier. Huma caħdu l-akkużi kontrihom u talbu l-ħelsien mill-arrest, talba li sabet oppożizzjoni mill-prosekuzzjoni minħabba l-gravità tal-każ.

L-Avukat Franco Debono li deher għal wieħed mil-Libjani qal li l-argument dwar il-gravità tal-każ irid jittieħed fil-kuntest tat-tendenzi tallum. Qal li qed jinqabdu ammonti ikbar ta’ droga minn dak li jinsabu mixlija bih it-tliet akkużati.

L-Avukat Roberto Montalto li deher għal Malti, qal il-klijent tiegħu kien akkużat li huwa riċediv iżda kull ma kien weħel hija multa tat-traffiku.

L-Avukat Edward Gatt li deher għal Libjan l-ieħor, qal li l-klijent tiegħu jaħdem l-ambaxxata Libjana u huwa raġel tal-familja. Qal li x-xhud tal-prosekuzzjoni hija mart il-klijent tiegħu li ngħatat il-police bail u jekk titella’ tixhed il-Qorti m’għandhiex tħalliha tixhed.

L-avukati argumentaw li fil-każ tal-Libjani, it-tnejn għandhom indirizz fiss f’Malta.

Il-Qorti laqgħet it-talba tad-difiża u ħelset mill-arrest lil Tristen Kyle Pisani u lil Annajar Osama Solejman fuq depożitu ta’ €10,000 u garanzija personali ta’ €20,000 kull wieħed. Il-Libjan l-ieħor li fil-Qorti qal li ma jaħdimx nħeles b’kundizzjonjiet simili, fuq depożitu ta’ €5,000 u garanzija personali ta’ €25,000. Il-Qorti ordnat ukoll l-iffriżar tal-assi tat-tliet akkużati.

Ara wkoll:

ESKLUSSIVA BIL-FILMAT:3 persuni arrestati wara li nqabdu b’kilo u nofs kokaina

Aħbarijiet Oħra
Unjoni Ewropea

L-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit għadhom ma waslux għal konklużjoni fin-negozjati għal ftehim dwar Brexit minħabba l-ħtieġa ta’ assigurazzjoni għal dak li se jiġri dwar l-Irlanda; pajjiż maqsum b’biċċa parti…

Edukazzjoni

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li Malta qed tinvesti ħafna fl-edukazzjoni u għalkemm qed ikun hemm titjib b’mod kostanti, ir-rata ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni jew it-taħriġ għadha għolja waqt li…

Lokali

Il-kuntistabbli Simon Schembri ddeskriva lilu nnifsu bħala persuna aħjar milli kien qabel l-inċident ta’ Mejju li kien għoddu ħallih mejjet. Waqt it-tnedija tal-Blue Light Foundation li waqqaf biex jiġu mgħejjuna…

Infrastruttura

Stħarriġ mill-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà dwar l-aċċessibbiltà fil-Belt għall-persuni li jużaw siġġu tar-roti wera sitwazzjoni mwiegħra, għax minn 400 stabbilment kummerċjali u binjiet pubbliċi li ġew spezzjonati, huma biss 30…

Aktar