Għawdex
Jingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li darbu lil xulxin waqt argument

Erba’ rġiel ingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li tressqu l-Qorti wara li kellhom argument bejniethom.

L-erba’ rġiel,wieħed minn l-Għarb Għawdex u l-oħrajn minn Għajnsielem Għawdex, li l-età tagħhom tvarja bejn 27 u 50 sena, dehru quddiem il-Maġistrat Paul Coppini.

Huma ġew akkużati talli lbieraħ, ġewwa Triq ix-Xatt Għawdex ikawżaw ġrieħi ta’ natura gravi u ħafifa, kisru l-paċi pubblika b’għajjat, qalu kliem ta’ theddid, ħassru ħwejjeġ ta’ xulxin u li huma reċedivi.

L-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom, u ngħataw il-ħelsien millarrest fuq diversi kundizzjonijiet.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

The Tempest hija l-produzzjoni annwali tal-MADC, bl-iscript tad-drammaturgu William Shakespeare jingħata interpretazzjoni kontemporanja fl-isfond ta’ battuti dwar il-ħakma u l-maħfra, fil-ġonna ta’ Sant Anton. Il-ġonna ta’ Sant Anton se jerġgħu…

Kisbiet

It-tarzna ta’ Palumbo rebħet kuntratt prestiġjuż għat-tiswija ta’ tliet bastimenti tal-kumpanija Franċiża Corsica Linea b’sistema ta’ tindif tal-fuel skont ir-regoli l-ġodda fis-settur li jħarsu l-ambjent. Fi stqarrija, il-grupp Palumbo qal…

Knisja Maltija

Beda ix-xogħol fuq t-tieni fażi tar-restawr fil-knisja ta’ Santa Katerina taż-Żejtun li qed isir mid-direttorat tar-restawr anke għaliex din il-knisja Barokka hija meqjusa bħala kapolavur arkitettoniku ta’ Lorenzo Gafà tas-seklu…

Kronaka

Illejla l-Pulizija rnexxielha twaqqaf lill-mara li ritratti u filmati tagħha bdew iduru fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem, b’bosta persuni jgħidu li kienet qed iddur l-irħula u ġġib ruħha b’mod suspettuż….

Aktar