Qorti
Jingħataw il-ħelsien mill-arrest wara li darbu tifel fl-iskola ta’ Santa Klara

Feliciano u Alexander Camilleri, l-aħwa li tressqu l-Qorti wara li sawtu tifel ta’ 15-il sena fl-iskola ta’ Santa Klara ngħataw il-ħelsien mill-arrrest.

Fil-ġlieda, li seħħet ftit tal-jiem ilu, l-aħwa Camilleri daħlu l-iskola b’wieħed minnhom jaqbad u jżomm tifel Għarbi ta’ 15-il sena minn għonqu biex isawtu.

L-aħwa Camilleri qalu li sawtu lit-tifel għaliex kellu xi argument u attakka lil iben Feliciano.

Fl-inċident indarbu wkoll l-assistant head li sofriet xi ksur fix-xewka ta’ darha kif ukoll LSA li qala’ daqqa ta’ puncher tal-metall f’rasu wara li ppruvaw joforqu l-ġlieda.

Feliciano Camilleri ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta €2,000 u garanzija personali ta’ €3,000, mentri Alexander Camilleri ngħata l-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €2,500 u garanzija personali ta’ €2,500.

Għall-imputati dehru l-avukati Franco Debono, Arthur Azzopardi, Alfred Abela u Rene Darmanin.

Ara wkoll:

Suldat u ħuh jinżammu arrestati wara li darbu tifel fl-iskola ta’ Santa Klara f’Pembroke

Aħbarijiet Oħra
Lokali

“Għajnu Aħmar it-Tonn” jew “It-Tonn tal-Melliħin” kienet l-għajta tas-sajjieda Melliħin li sal-bidu tas-sittinijiet kienu jbiegħu t-tonn li jaqbdu bit-Tunnara. Is-sajd bit-tunnara nqata’ iżda fil-mużew tat-Tunnara fil-bajja tal-Mellieħa, għaqda volontarja Melliħija ikkonservat…

Pulizija

Fl-aħħar xahrejn, l-uċuħ ta’ erba’ Pulizija saru familjari mal-komunità tal-Mellieħa. Ir-residenti laqgħuhom u jqisuhom “ta’ ġewwa”. Dawn l-erba’ uffiċċjali jiffurmaw l-ewwel Community Policing Team fi proġett pilota mniedi mill-Korp. Intervistat…

Malta

Fil-Greċja, hemm madwar 3,500 persuna b’konnessjonijiet Maltin, il-maġġoranza f’Korfu fejn jgħixu Griegi b’nisel Malti li saħansitra jwasslu sar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni. Waqt żjara fil-Greċja, il-President George Vella ltaqa’ ma’ rappreżentanti…

Kisbiet

Imwieled Malta u emigra lejn l-Awstralja 44 sena ilu wara li gradwa mill-Università ta’ Malta dak iż-żmien kienet magħrufa bħala The Royal University of Malta. F’intervista ma’ TVM, il-Professur Stephen…

Aktar