Lokali
Jinġibed film bit-tama li jiswa bħala riklam għall-gżejjer Maltin

Fis-swali taċ-ċinema lokali beda jintwera l-film ‘Made in Malta’, it-tieni film li ġibed f’Malta, id-direttur Malti-Awstraljan, Julian Galea. Ħjiel tal-istorja romantika tal-film ambjentat f’Malta.

Wara s-suċċess li kiseb l-ewwel film tiegħu, Love to Paradise li ġibed f’Malta tliet snin ilu u li rebaħ l-unur tal-aqwa film fil-Malta International Film Festival, id-direttur Malti-Awstraljan, Julian Galea lesta t-tieni film tiegħu miġbud kollu f’art twelid il-ġenituri tiegħu.

‘Made in Malta’ jirrakkonta storja ta’ mħabba bejn produttur tal-films Amerikan Vincent u l-eks tfajla Spanjola, Annalisa. Minkejja d-dubji dwar l-intenzjonijiet tagħha, Vincent jaċċetta li jħalli fil-ġenb il-pressjonijiet dwar il-film li jkun qed jaħdem fuqu u jesplora lil Malta flimkien magħha.

Huma u jiskopru l-gżejjer Maltin jerġgħu jiskopru lilhom infushom flimkien iżda Annalisa għandha sigriet li meta joħroġ se jġiegħlhom jikkonfrontaw il-bqija ta’ ħajjithom.

Julian Galea, hu iben Maltin li fis-sittinijiet emigraw lejn l-Awstralja. Jgħid li l-ġenituri tiegħu dejjem jgħidu li Malta hi l-isbaħ pajjiż fid-dinja u li hu tahom raġun sa mill-ewwel darba li żar Malta ma’ missieru ħafna snin ilu.

B’xeni mill-isbaħ ta’ Malta fl-isfond tal-istorja ta’ mħabba bejn Vincent u Annalisa, Galea qed jittama li b’dan il-film jgħin jirreklama lil Malta bħala post ideali għall-ġbid ta’ films u bħala destinazzjoni turistika.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Ir-raġel ta’ 29 sena mill-Georgia li lbieraħ ġie arrestat wara s-sejba ta’ madwar kilo kannabis, tressaq il-Qorti u ġie mixli b’akkużi ta’ pussess, importazzjoni u traffikar ta’ droga kannabis Il-Pulizija…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Melieħa weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq ċint. L-inċident seħħ għall-ħabt tas-2pm fi Pjazza Ġużè Debono, l-Imsida. Fuq il-post issejjaħ tim mediku, li taw l-ewwel għajnuna….

Lokali

Għoxrin ġurnata għall-Milied u fil-kuntest tas-sitwazzjoni preżenti, il-GRTU qalet li l-inċertezza u l-instabilita’ qed joqtlu n-negozji f’Malta. Stħarriġ li l-GRTU qalet li għamlet ma’ aktar minn ħamsin settur ekonomiku madwar…

Lokali

Il-President ta’ Malta George Vella qal li fid-dawl tat-talbiet li qegħdin isiru biex jieħu xi miżuri li skont xi wħud, tipprovdilu l-Kostituzzjoni, biex tissolva s-sitwazzjoni politika ta’ bħalissa, il-Kostituzzjoni ma…

Aktar