Lokali
Kumpanija Maltija b’film ta’ €1 miljun – mistenni jintwera fis-swieq barranin

Film lokali li qed jinġibed fl-istudios tal-produzzjoni tal-films fir-Rinella għandu budget ta’ aktar minn miljun ewro. Il-film mistenni jkun lest is-sena d-dieħla kemm għall-udjenzi f’Malta kif ukoll għal udjenzi barranin. Il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-Gvern se jagħti inċentivi li jgħinu aktar produzzjonijiet lokali bħal din.

Head hu l-isem ta’ produzzjoni Maltija li qed tinħadem fl-istudios tar-Rinella. Il-feature film hu dwar baħri li jinqabad fuq dgħajsa f’żona maħkuma miċ-ċpar. Id-direttur u l-producer tal-film Winston Azzopardi qal li l-film mistenni jitlesta sa Ġunju u se jiswa aktar minn miljun ewro. Qal li l-kumpanija Latina Pictures qed issarraf l-esperjenza li kisbet bil-produzzjoni f’Malta ta’ films barranin biex tipproduċi dal-film.

Winston Azzopardi qal li “Latina Pictures ġeneralment nagħmlu films bħal Troy, World War Z, Assassins’ Creed, dak hu xogħolna bħala service providers, li nipproduċu l-parti li tinġibed Malta imma għidna issa wasal iż-żmien li nibdew nagħmlu l-produzzjonijiet tagħna għas-swieq internazzjonali.”

Il-produzzjoni bbenefikat minn għotja ta’ €120,000 mill-Kummissjoni għall-Films, flimkien ma’ għotja oħra bħala koproduzzjoni u se tkun tista’ tirkupra sa 32% tal-ispejjeż li tagħmel f’Malta. Waqt li żar xena fejn inħoloq ċpar artifiċjali f’tinda armata fit-tank tar-Rinella, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li d-direzzjoni tal-Gvern hi li jgħin aktar fi produzzjonijiet lokali.

Il-Ministru Mizzi qal li “qed nagħmlu feasibility study u qed naraw liema tip ta’ finanzjament biex iseħħ, hux through financing lokali, b’bond issue, strategic partner jew modi oħrajn. La jkollna mudell stabbilit inkunu nistgħu nibqgħu niżviluppaw dawn il-facilitajiet. Il-ħsieb tagħna hu li l-film studios jibqgħu jimmaniġjaw dejjem l-outdoor facilities u t-tanks biex dawn ma jkunux marbutin ma’ studio wieħed imma jkunu miftuħin għall-użu ta’ kulħadd għax hu asset b’saħtu ħafna”.

Il-Kummissarju tal-Films, Englebert Grech, qal li hemm diversi produzzjonijiet li kkommettew irwieħhom li jużaw il-faċilitajiet f’Malta s-sena d-dieħla, fosthom għadd ta’ serje televiżivi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Segwi Ħadt l-Aħbar mal-Avukata Ramona Frendo u l-Perit Michael Falzon Din hija ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum 25/02/2018 The Sunday Times Fuq il-faċċata ritratt tal-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro…

Lokali

Mawra edukattiva għal studenti tat-tieni sena tal-iskola San Benild f’Tas-Sliema kienet ikkaratterizata mill-element tradizzjonali Malti. Ewlenin fosthom il-karozzin, il-lanċa kif ukoll għanjiet Maltin. Fuq in-noti tal-kanzunetta tal-Greenfields – il-karozzin –…

Lokali

Ħoss ġdid u frisk għal The Travellers, il-band li stabbilixxiet ruħha dan l-aħħar għall-kanzunetti li toħroġ bil-Malti u li tant kisbet popolarità bihom. Minn għada, din il-band se tkun qed…

Lokali

Tliet persuni nżammu arrestati mill-Pulizija wara li f’rejd li sar f’residenza u garaxx f’Ħal Qormi mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga nstabu sustanzi suspettati li huma raża tal-kannabis, ħaxixa tal-kannabis, kokaina u…

Aktar