Kronaka
Jinħakem min-nirien ristorant fil-Valletta Waterfront

Ristorant fil-Valletta Waterfront kellu jiġi evakwat wara li l-kċina nħakmet min-nirien. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra tal-bieraħ filgħaxija meta għal xi raġuni żviluppaw nirien f’parti mill-kċina li baqa’ jinifrex.

Immedjatament fuq il-post issejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li evakwaw iż-żona u damu madwar sagħtejn biex irnexxielhom jitfu n-nirien.

Fuq il-post marru wkoll uffiċjali tal-Enemalta biex jaraw li s-servizz tal-elettriku fiż-żona jkun imħares. Kelliem għall-pulizija qal li ħadd ma ndarab f’dan l-inċident.

Skont persuna li kienet qiegħda fuq il-post ma’ familtha qalet li l-management evakwaw lill-klijenti kollha fil-ħin qabel ma r-ristorant inħakem għalkollox min-nirien.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li għandhom jiġu investigati l-persuni kollha li ssemmew b’rabta mal-investigazzjonijiet fil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Huwa qal dan meta kien mistoqsi…

Lokali

Il-protesta li saret fil-Belt Valletta lbieraħ seħħet mingħajr permess. Dan intqal fi stqarrija uffiċjali tal-Pulizija li qalu li sakemm saret il-protesta lbieraħ filgħodu, l-organizzaturi ta’ din il-protesta ma applikawx għall-permess, kif…

Kronaka

Riżultat tar-riħ qawwi li qed jaħkem il-gżejjer Maltin, tqaċċtu numru ta’ siġar fosthom waħda l-Mosta li waqgħet fuq vettura li kienet ipparkjata u oħra f’Sant’ Anton. Kelliema għall-pulizija qalet li…

Kronaka

Luana Borg, it-tfajla ta’ 14-il sena li lbieraħ kienet irrapportata nieqsa nstabet qawwija u sħiħa. Hija kienet irrapportata nieqsa wara li kienet dehret l-aħħar nhar il-Kunċizzjoni, 8 ta’ Diċembru viċin…

Aktar