Kronaka
Jinħaraq bieb ta’ dar fil-Marsa

Għal ħabta tas-1am, bieb ta’ residenza fi Triq il-Marsa l-Marsa ngħata n-nar bil-konsegwenza li n-nar infirex u għamel ħsara lil vettura li kienet ipparkjata quddiem dan il-bieb.

Minn informazzjoni li għandu TVM jirriżulta li fir-residenza kien hemm mara li ngħatat l-għajnuna u l-ossiġenu mill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, iżda minkejja li fuq il-post kien hemm ambulanza, hi irrifjutat li tmur l-isptar.