Barranin
Jinħareġ mandat t’arrest għall-kantant Marilyn Manson

Pulizija fl-Istati Uniti kkonfermaw li hemm mandat attiv għall-arrest tal-kantant Marilyn Manson, b’rabta ma’ każ li fih Manson allegatament ħebb għal persuna.

Qed jingħad li l-każ seħħ waqt kunċert f’Gilford fl-2019, meta Manson allegatament attakka ‘videographer’.

Il-Pulizija ta’ New Hampshire qalet li Manson u l-aġenti tiegħu ilhom jafu bil-mandat iżda dan baqa’ qatt ma resaq biex iwieġeb għall-akkużi.

Manson, li ismu proprju huwa Brian Hugh Warner, għadu ma kkummentax dwar dan il-każ.

Attwalment huwa qed jiffaċċja allegazzjonijiet li attakka sesswalment lill-eks assistenta tiegħu Ashley Walters, kif ukoll li abbuża u kien vjolenti mal-attriċi Evan Rachel Wood, li kellu relazzjoni magħha. Huwa qed jiċħad dawn l-akkużi.