Traffiku
Jinħarġu 68 liċenzji kuljum għal vetturi fit-toroq Maltin

Fl-2017 kien hemm medja ta’ 68 vettura kuljum li nħarġitilhom liċenzja biex jinstaqu fit-toroq Maltin, għal total ta’ aktar minn 370,000 vettura liċenzjata.

Mir-rapport annwali dwar it-trasport f’Malta maħruġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika joħroġ ukoll li t-tniġġis mill-vetturi żdied bi tnax fil-mija f’seba’ snin, filwaqt li f’sena nħarġu ftit inqas minn tliet mitt elf kontravenzjoni tat-traffiku.

Fl-2017 l-ispeed cameras f’Malta qabdu 214-il karozza kuljum jinstaqu b’veloċità eċċessiva għal total ta’ kważi tmenin elf ċitazzjoni (78,388) f’sena. L-aktar speed camera li qabdet karozzi jinstaqu ‘l fuq mil-limitu stabbilit hi dik ta’ Triq Nutar Zarb.

‘F’Ħ’Attard, aktar minn tnax-il elf u mitejn (12,286), medja ta’ kważi 34 kontravenzjoni kuljum. Warajha tal-bypass tas-Siġġiewi b’aktar minn disat elef kontravenzjoni (9,055).

Skont ir-rapport annwali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar it-trasport ibbażat fuq ċifri tal-2017, instab li l-Pulizija, gwardjani lokali u l-uffiċjali ta’ Transport Malta ħarġu ċitazzjoni relatati mat-traffiku. L-iktar li nħarġu kien f’Tas-Sliema (16,098), il-Belt Valletta (15,267) u Ħal Qormi (14,523).

Bħala medja, fl-2017 ħarġu fit-toroq 68 karozza liċenzjata kuljum, aktar minn nofshom użati. B’kollox kien hawn 68 karozza liċenzjata ġdida kuljum fl-2017 vettura liċenzjata f’Malta, żieda ta’ 13,114 fuq l-2016. Fil-Mosta hemm l-aktar għadd ta’ vetturi liċenzjati – kważi tmintax-il elf (17,910).

Sentejn ilu seħħew 15,000 inċident tat-traffiku li fihom indarbu 1,873 persuna. L-ogħla numru ta’ inċidenti ġew rappurtati f’Birkirkara u l-agħar ġurnata hi l-Erbgħa. L-aktar ħin li matulu jseħħu inċidenti hu bejn nofsinhar u t-tlieta ta’ waranofsinhar. L-aktar ġimgħa li fiha seħħew inċidenti kienet l-ewwel waħda t’Awwissu (361 każ) u l-inqas – x’aktarx b’sorpriża – kienet tal-Milied (178).

B’kollox insterqu 334 vettura, żieda ta’ 30.5% meta mqabbel mal-2016. 190 reġgħu nstabu. L-inqas reġjun fejn jinsterqu karozzi hu Għawdex – sitta f’sena sħiħa.

Fl-2017, it-tniġġis mill-vetturi żdied bi tnax fil-mija meta mqabbel mal-livelli tal-2010.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Waqt li hemm stennija għall-azzjonijiet li se jittieħdu mill-Gvern wara l-konsultazzjoni pubblika li saret fuq it-traffikar uman u l-prostituzzjoni, stħarriġ mill-programm INSIGHTS li jixxandar illejla fuq TVM, wera li l-prostituzzjoni…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li min qed jinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għandu jkollu l-kuraġġ jasal sal-aħħar għax warajh se jsib l-appoġġ u d-difiża ta’…

Agrikultura

Skola fiż-żona “Taż-Żokrija” fil-Mosta li tifforma parti mill-Kulleġġ Maria Reġina għandha ċentru mnejn toffri lill-istudenti fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja tagħlim fuq l-agrikoltura u t-trobbija tal-annimali. Mifrux fuq erbat elef u…

Aktar