Forzi Armati
Jinħarġu kanuni prestiġjużi biex jagħtu s-salut tal-Indipendenza

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin u turisti li segwew minn qrib ix-Xagħra tal-Furjana.

“It-21 gun salute hu riżervat għall-ġurnata tal-lum il-21 ta’ Settembru, u riżervat għal meta jkollna l-ħatra ta’ President ġdid, f’April ta’ kull ħames snin,” spjega l-Maġġur Andrew Harrison.

Il-Maġġur Harrison spjega li għal din il-parti taċ-ċerimonja, il-Forzi Armati jużaw kanuni ta’ preġju li wirtu mill-militar Ingliż. Minn dawn, id-“D” Company tal-ewwel Reġiment tal-Forzi Armati għandha sitta, u għal okkażjonijiet bħal tal-lum toħroġ 4. Huma kanuni tat-tip 25 pounder quick firing gun manifatturati qabel it-Tieni Gwerra Dinjija.

“Intuża b’mod estensiv waqt it-Tieni Gwerra Dinjija u kien effettiv. Intuża kemm fl-irwol tiegħu bħala field artillery u kien jintuża wkoll biex jispara direttament fuq tankijiet tal-għadu. Kien użat ħafna fil-campagin tan-North Africa meta l-Ingliżi għelbu lill-forzi Nażisti.”

Mill-barracks ta’ Ħal Luqa l-konvoy bl-erba’ kanuni wasal il-Floriana sagħtejn qabel, bil-kanuni ntramaw iħarsu lejn Belt is-Sebħ. Malli wasal il-ħin biex jingħata s-salut, il-battery commander ordna lis-suldati jieħdu posthom wara l-kanuni. Għall-ewwel darba din is-sena, il-maġġoranza tas-suldati nvoluti f’din il-parti taċ-ċerimonjal kienu riżervisti.

Bombardier Christian Bartolo spjega li fl-aħħar tliet ġimgħat ħadu sehem f’taħriġ biex jiġi aċċertat li jkunu mħejjija tajjeb, kemm fil-ħeffa kif ukoll fil-preċiżjoni li din il-biċċa xogħol titlob. Ma’ kull kanun ġew assenjati ħames suldati.

“Wieħed ikun il-Master Gunner. Ix-xogħol ikun li jagħti l-ordnijiet lill-kanun assenjat lilu. Wara jkollna il-layer. Xogħlu hu li jpoġġi bilqegħda fuq il-banketta li tinsab fuq ix-xellug tal-kanun u xogħlu hu li mal-ordni tal-Master Gunner se jispara l-ewwel tir. Min-naħa l-oħra nsibu l-loaders, li huma tnejn min-nies, insejħulhom three u four u l-breech operators li insejħulu no.2. Dawn xogħolhom hu li kif l-MG jagħtihom load ikunu pronti ħfief biex jerġgħu jilloadjaw għat-tieni balla u nibqgħu sejrin hekk għall-kumplament tas-salut.”

L-istess proċedura tibqa’ għaddejja kanun wara ieħor sakemm l-erba’ kanuni jkunu sparaw total ta’ 21 tir. It-tiri, li anke jekk vojta regħdu l-inħawi tax-Xaghra tal-Furjana, ħallew lin-nies preżenti attenti għal kull moviment li bdew jagħmlu s-suldati.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-mediċina u l-ikel huma fost l-aktar prodotti essenzjali li mingħajrhom Malta ma tgħaddix fi żmien ta’ pandemija. Tliet xufiera Maltin li jaħdmu ma’ kumpanija lokali tal-loġistika rifsu Malta għall-ewwel darba…

Lokali

Fil-fehma tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, il-ġlieda kontra d-droga u l-kultura tal-flus huma kruċjali biex iż-żgħażagħ ma jaqbdux it-triq tal-kriminalità li studju juru li jekk jidħlu fiha minn…

Kronaka

Il-pulizija qed tfittex raġel li wara nofsinhar daħal jisraq minn dar ta’ anzjana f’San Ġiljan. Il-pulizija qalet li ġiet informata bis-serqa minn residenza fi Triq Ċensu Tabone li tinsab fiż-żona…

Infrastruttura

Dik li kienet il-Biċċerija l-Antika lejn in-naħa t’isfel tal-Belt, mix-xahar id-dieħel se tkun il-Valletta Design Cluster – proġett li ser ikun wirt ieħor li jibqa’ minn fost kullana ta’ inizjattivi…

Aktar