Lokali
Jinħatfu l-105 miljun sehem ġdid tal-BOV

105 miljun sehem ġdid tal-Bank of Valletta b’kapital li jammonta għal €150 miljun inħatfu kollha bil-bank jirċievi applikazzjonijiet iktar mill-offerta.

Fi stqarrija tal-Bank of Valletta ntqal li din kienet l-ikbar ħruġ ta’ ishma li qatt saret f’Malta, bil-bank jirċievi applikazzjonijiet li jammontaw għal kważi €200 miljun, 50 miljun aktar mill-offerta.

Iċ-chairman tal-BOV Deo Scerri qal li dan huwa vot qawwi ta’ fiduċja fil-Bank minn azzjonisti eżistenti u mis-suq inġenerali.

Qal li b’bażi ta’ kapital iktar b’saħħtu, il-Bank ser ikun mhux biss qabeż l-obbligi regolatorji iżda jista’ jkompli jinvesti għat-tkabbir tal-Bank of Valletta fis-snin li ġejjin.0

 

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Esebizzjoni li żżewwaq il-figurattiv mas-surreali, il-pitturi ta’ Alfie Gatt jinstigaw u jnebbħu l-kilba għal dak li huwa naturali. “Love Letter” hija kollezzjoni ta’ xogħlijiet artistiċi mimlija immaġinazzjoni. Alfie Gatt huwa…

Stejjer Umani

Iċ-Champion ta’ Malta tal-bowling taħt it-23 sena huwa Philip Gruppetta li mhux biss irnexxilu jegħleb il-kundizzjonijiet intellettwali tiegħu iżda anke l-kompetizzjoni ta’ żgħażagħ oħrajn bla diżabbiltà. Din hi s-sitt darba…

Kultura

Id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg inawgurat il-wirja ‘Jiddefendu l-Libertajiet Tagħna’ f’għeluq it-tletin sena tal-Premju Andrei Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb. Andrei Sakharov (1921-1989) kien Russu, bniedem għaref, xjentist kbir, studjuż u awtorità fil-fiżika. Għalkemm meqjus…

Lokali

Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena ftit aktar minn ħames mija u ħamsin pazjent marru għall-kura barra minn Malta. TVM iltaqa’ ma’ Helen Caruana li tinsab Londra tistenna trapjant tal-fwied u…

Aktar