Ħatriet
Jinħatru bordijiet ġodda responsabbli mill-koordinament tal-iżvilupp sostenibbli bejn il-gvern u s-soċjetà

It-twettiq ta’ ppjanar aħjar favur l-futur ta’ żvilupp sostenibbli tal-pajjiż ser ikun iffukat fuq l-integrazzjoni ta’ tliet pilastri ewlenin – l-ekonomija, l-ambjent u l-qasam soċjali.

Dan ġie mħabbar mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Carmelo Abela, f’laqgħa virtwali mal-membri l-ġodda taż-żewġ bordijiet responsabbli mill-koordinament tal-iżvilupp sostenibbli ta’ Malta u Għawdex, wara l-ħatra tagħhom fil-bordijiet rispettivi.

L-ewwel bord huwa dak imsejjaħ il-Gwardjan għall-Ġenerazzjonijiet Futuri, u t-tieni bord huwa n-Network tal-Iżvilupp Sostenibbli. Iż-żewġ bordijiet huma komposti minn nies b’esperjenza fit-tlett oqsma identifikati ta’ prijorità.

Il-Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Ġejjiena għandu d-dmir li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli mal-entitajiet tal-politika u tal-gvern. Dan filwaqt li jħares il-ġenerazzjonijiet futuri permezz tal-promozzjoni ta’ prinċipji ta’ żvilupp sostenibbli bl-użu ta’ approċċ multidixxiplinarju.

In-Network tal-Iżvilupp Sostenibbli, hekk kif msemmi fil-Liġi tal-Iżvilupp Sostenibbli, huwa fdat biex jistabbilixxi pjattaforma ta’ skambju ta’ informazzjoni għal żvilupp sostenibbli. Huwa se jkun prinċipalment responsabbli mill-impenn ta’ approċċ ħolistiku, billi jkun il-mutur ewlieni biex jagħti s-setgħa lill-NGOs, il-gvern u s-settur privat biex jaħdmu flimkien lejn l-użu effettiv tat-tliet pilastri tal-żvilupp sostenibbli billi jippromwovu soluzzjonijiet innovattivi biex jippromwovu u jimplimentaw prinċipji sostenibbli fil-ħajja ta’ kuljum.

Fl-indirizz tiegħu b’mod vitwali lill-membri l-ġodda tal-bordijiet, il-Ministru Abela ddiskuta l-importanza li dejjem qed tikber ta’ żvilupp sostenibbli fis-soċjetà tal-lum. Huwa rrimarka li l-Gwardjan u n-Network għall-Iżvilupp Sostenibbli huma għodda importanti li għandhom ikunu kommessi sabiex jintegraw il-ħidma favur l-iżvilupp sostenibbli, kemm mal-gvern u anke mas-soċjetà.

Waqt din il-laqgħa inizjali, il-Ministru semma’ li l-gvern huwa responsabbli li jiggarantixxi kwalità ta’ ħajja mhux biss għal dawk li qegħdin jgħixu llum imma anke għall-ġenerazzjonijiet ta’ għada. Qal li element mix-xogħol tal-bordijiet li nħatru ser ikun li Malta tibqa’ determinata biex tilħaq il-miri tagħna favur l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli sal-2030, hekk kif inhuma stabbiliti għal kull wieħed mill-membri tan-Nazzjonijiet Maqgħuda.

Il-Ministru spjega li fil-qasam tal-ekonomija favur żvilupp sostenibbli, il-bordijiet ser ikunu qegħdin iħarsu lejn temi marbuta mal-ekonomija l-ħadra u l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda hekk imsejħa ‘green jobs’. Dan bil-għan li l-ekonomija l-ġdida tkun waħda nadifa, li ma tħammiġx u ma taffetwax b’mod ħazin il-klima.

Fil-qasam ta’ ambjent għal żvilupp sostenibbli, huwa tkellem fuq l-importanza ta’ metodi ta’ enerġija u trasport li jaħdmu b’enerġija nadifa, hekk kif ġara f’deċiżjonijiet li ttieħdu fejn il-gvern illum juża enerġija tad-dawl li taħdem bil-gas.

Fl-ambitu tas-soċjali, il-Ministru qal li l-impenn għandu jkun immirat sabiex ikomplu jitnaqqsu l-persuni f’riskju ta’ faqar, tbabbir fl-edukazzjoni u aktar parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol fejn dawn jipparteċipaw f’livelli ta’ deċiżjonijiet.

Il-membri tal-Gwardjan tal-Ġenerazzjonijiet Ġejjiena u tan-Network ta’ Żvilupp Sostenibbli huma kif ġej:

Guardian of Future Generations

Chairperson Dr Malcolm Paul Galea
Member Kirsten Cutajar Miller
Member Dr Ian Ellul
Member Mariella Schembri
Member Alan Pulis

Sustainable Development Network (SDN)

Chairperson Marvin Zammit
Deputy Chairperson Profs Godfrey Baldacchino
Member Dr Philip Von Brockdorff
Member Matthew Farrugia
Member Joe Gerada
Permanent Secretary Nancy Caruana
Permanent Secretary Mark Musu
Permanent Secretary Joseph F Caruana

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

COVID-19

Tħassar ukoll il-kunċert ta’ Joseph Calleja li din is-sena kellu jsir fl-4 ta’ Settembru fuq il-Fosos tal-Furjana u li issa mistenni jsir f’format differenti. NnG Promotions, l-organizzaturi tal-kunċert li bħala…

Annimali

Ilbieraħ, il-BirdLife Malta ġabret għasfur pjuttost rari li huwa sottospeċi Mediterranja tal-Bies, li nstab ferut b’tiri ta’ senter fl-Għarb, Għawdex. Fi stqarrija, il-BirdLife qalet li l-għasfur instab minn familja li…

Aktar