Qorti
Jinħeles l-avukat li fl-2015 weħel il-ħabs fuq frodi b’rabta mal-banda ta’ Lourdes

L-avukat Omar Caruana, li fl-2015 kien ikkundannat sena ħabs fuq frodi b’rabta mal-irwol tiegħu bħala eks teżorier tal-banda ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid, inħeles mill-akkużi wara li appella mis-sentenza.

Caruana, flimkien mal-eks President u l-eks Segretarju tal-banda, kien instab ħati li bħala rappreżentant tal-banda ta’ Lourdes f’Raħal Ġdid, f’Settembru 2010 u x-xhur ta’ qabel, għamel qligħ b’qerq minn fuq dahar tliet persuni oħra, wara li ffirma ċekkijiet li ma jissarfux.

Fl-appell tiegħu Caruana sostna li ma kienx ingħata smigħ xieraq, għax ma tħalliex iressaq ix-xhieda tiegħu, lanqas b’sottomissjoni verbali jew miktuba, u għalhekk kienet saret evalwazzjoni ħażina tal-provi.

Huwa qal li meta kien jiffirma ċ-ċekkijiet ma kellux bżonn jiċċekkja hemmx biżżejjed flus fil-kont tal-bank tal-banda, għax kien jaf li l-bar tal-każin kien qed jagħmel ħafna flus. Żied madankollu li ma kienx jaf li s-Segretarju ta’ dak iż-żmien ma baqax jiddepożita l-qligħ tal-bar f’dan il-kont, u li skopra biss li kemm problema meta xi persuni infurmawh li ċ-ċekk ma kienx issarfilhom.

Żied li huwa ma kellux jinstab ħati ta’ frodi, għaliex qatt m’għamel gwadann finanzjarju, hekk kif il-qligħ tal-bar kien jinżamm mill-eks Segretarju u mhux minnu. Huwa qal ukoll li ma kienx minnu li ċ-ċekkijiet ħarġu fuq kont li kien diġà ngħalaq.

Il-Qorti tal-Appell, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, qalet li mhix kompetenza tal-Qorti tal-Appell li tiddeċiedi jekk kienx ġie mittiefes id-dritt ta’ Caruana għal smigħ xieraq, iżda wara li kkunsidrat l-atti kollha u s-sottomissjonijiet, kif ukoll wara li reġgħet semgħet lix-xhieda, laqgħet parzjalment l-appell u ddikkjarat lil Caruana ħieles minn kull ħtija.

Sadanittant, f’sentenza separata li nqatgħet ix-xahar li għadda, flimkien mal-istess żewġ persuni Caruana nstab ħati fuq każijiet oħra simili u kien ikkundannat tliet snin ħabs. Fi stqarrija s-Soċjetà Filarmonika 11 ta’ Frar kienet iddisassoċjat ruħha minn dan il-każ.

L-avukat Leslie Cuschieri deher għal Omar Caruana.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fid-dawl tad-delitt tal-ġimgħa l-oħra f’Ħal Millieri allegatament imwettaq minn żewġ żagħżagħ ta’ 18-il sena ħafna tkexkxu li dan ir-reat twettaq minn żgħażagħ u esprimew tħassib dwar il-ġenerazzjoni preżenti, madanakollu l-istoriku…

Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela qal li fil-kwistjoni tal-immigrazzjoni hu senisttiv għall-karba tan-nies, sema’ lin-nies jitkellmu u jrid jkun hu li jagħti r-risposti. Dr Abela qal dan…

Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Aktar