Qorti
Jinħeles mill-akkużi għax iddefenda ruħu wara li sawwat raġel fis-sakra

Raġel li sawwat sal-punt li kważi qatel raġel fis-sakra li ħebb għalih barra post tad-divertiment inħeles mill-akkużi fuq bażi li ddefenda ruħu.

Shaun Demicoli ġie akkużat li darab gravi lit-Tuneżin Riadh Mrad, li ħebb għall-akkużat wara festin tal-karnival f’Birżebbuġa fl-2014.

Xhieda fil-Qorti qalu li Mrad ma kienx mistieden għall-festin u ġie ordnat joħroġ ‘il barra, wara li anke hedded lill-waħda mistednin li se jtiha daqqa ta’ sikkina. It-Tuneżin kien spiċċa l-isptar u għal xi jiem fil-periklu tal-mewt.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Il-Knisja f’Malta tfakkar fl-importanza li jiġu osservati l-miżuri ta’ prevenzjoni ta’ tixrid tal-imxija tal-COVID-19. Fi stqarrija qalet li filwaqt li jibqgħu japplikaw il-miżuri tad-distanza soċjali, it-teħid tat-temperatura u miżuri oħra, kull min…

Lokali

Bosta għaqdiet tal-annimali bbenefikaw minn madwar €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt ‘A Night at the Palace’. Waqt il-preżentazzjoni tad-donazzjonijiet lill-għaqdiet tal-annimali, il-mara tal-Prim Ministru Dr Lydia Abela qalet li hija…

Lokali

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb organizzat mill-kunsill nazzjonali tal-ktieb se jsir online l-11 u l-15 ta’ Novembru minflok ma jsejjaħ in-nies f’dar il-Mediterran il-Belt Valletta. Dan minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19 u l-pariri tal-Awtoritajiet…

Aktar