Qorti
Jinħeles mill-akkużi li nqabad bil-kannabis wara li l-każ ġie preskritt

Raymond Walsh ta’ 26 sena nħeles mill-akkużi li kellu fil-pussess tiegħu raża tal-kannabis u li kkoltiva l-pjanta kannabis wara li l-każ ġie preskritt.

Il-każ seħħ fl-1984 u kien deher il-Qorti f’Ġunju tal-istess sena quddiem il-Maġistrat Geoffrey Valenzia.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni kienet qalet li l-Pulizija fittxet fid-dar tal-akkużat wara li daħlulha xi rapporti u sabet pjanta żgħira tal-kannabis f’qasrija, żerriegħa tal-kannabis, miżien żgħir, frak tal-ħaxixa, filters tal-pipa u xi lubrettti.

Wara li l-affarijiet ġew eżaminati nstab li kienu fihom traċċi ta’ kannabis. Flimkien ma’ dawn l-affarijiet instab ukoll kontenitur tal-metall li kien fih mal-1,600 żerriegħa tal-kannabis.

L-aħħar darba li kien deher il-Qorti kien fl-20 ta’ Ġunju, 1984. Wara kien inħareġ mandat ta’ arrest għalih. Kien fl-2018 meta l-akkużat instab u tressaq mill-ġdid il-Qorti.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo kkunsidrat li l-perjodu preskrittiv ta’ dan ir-reat huwa ta’ sentejn. Għaldaqstant hija ddikkjarat il-każ bħala preskritt.

Id-difiża tmexxiet mill-Avukat Stefano Filletti.