Lokali
Jinħeles mill-akkużi li xaħħam spettur tal-Pulizija

Kevin Attard inħeles mill-akkużi li xaħħam spettur tal-Pulizija. Il-każ imur lura għal Ġunju tliet snin ilu meta Attard irrapporta koppja li kienet toqgħod fi blokka fil-Gżira għaliex kienu qed jaqilgħu l-inkwiet. L-ispettur Jason Sultana wara li ressaq lill-koppja l-Qorti anke fuq akkużi relatati ma żamma ta’ burdell, talab lill-imputat iħallsu €800 għax-xogħol li kien ħa. Fil-qorti ħareġ li l-ispettur baqa’ jitlob il-flus lill-imputat u lis-sieħba tiegħu u dawn spiċċaw ħalsu total ta’ €4,000.

Fil-qorti ħareġ li l-ispettur Sultana għamilha ta’ sensar biex Attard jixtri blokka ta’ appartamenti fil-Gżira. Attard li għalih deher l-avukat Edward Gatt inħeles mill-akkużi ta’ tixħim mill-Maġistrat Doreen Clarke li fis-sentenza qalet li ma ġiex pruvat li kien hemm qbil minn qabel biex Attard iħallas lill-ispettur Sultana. Sultana jinsab sospiż mill-korp waqt li għaddejjin proċeduri kriminali kontrih mixli b’tixħim fil-qadi ta’ dmirijietu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Ministru għall-familja Michael Falzon dalgħodu ta lill-Fondazzjoni Sebħ, €2.5 miljuni fuq medda ta’ tliet snin għal erbat’ idjar li jagħtu residenza lil tfal li ma jistgħux jgħixu mal-familji naturali tagħhom….

Qorti

Seba’ snin wara li  pazjent fl-Isptar Karin Grech faga mejjet waqt li kien qed jiekol tiġieġa ntemmu l-proċeduri kriminali kontra tliet membri tal-istaff tal-infermiera. L-infermiera Maria Bondin ta’ 61 sena…

Qorti

Raġel ta’ 42 sena miż-Żebbuġ, Għawdex inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Joanne Vella Cuschieri akkużat bi traffikar tad-droga kokaina kif ukoll bil-pussess ta’ droga kokaina u…

Lokali

Bħalissa, il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar Brexit. Matulha Dr Muscat ħabbar it-tħejjijiet li qed tagħmel Malta f’każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim u…

Aktar