Qorti
Jinħeles mill-arrest biex jibda programm għar-rijabilitazzjoni mid-droga

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera ħafif persuna oħra b’arma li taqta u bil-ponta. Huwa ġie akkużat ukoll li ġarr arma mingħajr permess tal-pulizija, li kiser kundizzjonijiet tal-Qorti b’sentenza li ngħata sena ilu.

L-Ispettur Lydon Zammit qal li mill-investigazzjoni tal-Pulizija rriżulta li kienu żewġ persuni li daħlu wettqu l-hold up fil-ħanut u li kien hemm ieħor li wassalhom bil-karozza. Żied jgħid li fil-ħanut instabet ġakketta blu li ntbagħtet għal testijiet forensiċi. Qal li dawn urew li l-ġakketta kienet ta’ Strafrace.

Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, Stafrace wieġeb li mhux ħati. Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest biex l-akkużat ikun jista’ jibda l-programm għar-rijabilitazzjoni mid-droga.

 

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

F’rapport li jsir kull ħames snin dwar l-istat tal-ambjent fil-pajjizi Ewropej jghid li jeħtieġ soluzzjonijiet fundamentali fl-għaxar snin li ġejjin biex jiġi evitat tibdil fil-klima li iwassal għall-temperaturi għoljin estremi….

Kisbiet

L-atti notarili tan-nutar Paolo Bonello li għex fis-seklu ħmistax, servew ta’ punt ta’ tluq għal sistema bbażata fuq intelliġenza artifiċjali msejħa Notary Pedia. L-istudenta tal-Masters fl-intelliġenza artifiċjali fl-Università ta’ Malta…

Annimali

Jingħad li l-kelb huwa l-aqwa ħabib li l-bniedem jista’ jkollu iżda għal persuni neqsin mid-dawl, bil-kundizzjoni tal-awtiżmu jew diabete kelb jaf ikun bastun tad-demm u l-laħam. Aktar kmieni din il-ġimgħa…

Lokali

L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) ikkundanna t-theddid li sar fuq ġurnalista aktar kmieni llum. Fi stqarrija l-IĠM qal li ġie infurmat li ġurnalista għamlet rapport lill-Pulizija wara li rċeviet ittra ta’…

Aktar