Qorti
Jinħeles mill-arrest wara li darab lil sieħbu b’sikkina fi ġlieda

Eku tal-ġlieda li seħħet jumejn ilu f’Ħal Tarxien bejn żewġ gruppi ta’ Sirjani, li aktar tard komplew jiġġieldu fil-Marsa.  Raġel ta’ 26 sena tressaq il-Qorti akkużat li darab Sirjan ieħor fil-ġlieda.

Saleh Zedan minn Homs fis-Sirja kien akkużat li darab serjament lil Naser Abdullah li għandu 23 sena b’sikkina u ħadida.  Zedan ġie akkużat ukoll li attakka lil Abdullah, kif ukoll li kiser il-paċi pubblika.  L-akkużat qal lill-Maġistrat Monica Vella li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh.

Għall-akkużat deher l-avukat Jason Grima li talab il-ħelsien mill-arrest, bil-Qorti tilqa’ din it-talba, u tordna ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-vittma.  Zedan ġie ordnat jiffirma l-għassa tliet darbiet fil-ġimgħa u li ma joħroġx mid-dar, fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija personali ta’ €5,000.