Qorti
Jinħeles mill-arrest wara li nqabad waqt rejd tad-droga f’Birżebbuġa

Kleaven Agius ta’ 24 minn Ħaż-Żabbar, li s-Sibt li għadda ġie arrestat waqt rejd tad-droga f’Birżebbuġa, wieġeb li mhux ħati li kien fil-pussess ta’ ammont konsiderevoli ta’ droga f’ċirkostanzi li jindikaw li ma kinetx għall-użu personali tiegħu.

Quddiem il-Maġistrat Ian Farrugia, il-pulizija spjegat li minn tfittxija li saret fil-karozza u d-dar taż-żagħżugħ instabu ammont sostanzjali ta’ kokaina, kannabis, raża tal-kannabis u mat-tnax-il elf ewro fi flus kontanti.

Hu ngħata l-ħelsien mill-arrest b’numru ta’ kundizzjonijiet.