Qorti
Jinħeles mill-arrest wara li nstabu flus kontanti u kokaina fil-karozza li kien qed isuq

Il-pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u r-Rapid Intervention Unit, il-Ħadd filgħaxija waqqfu karozza misjuqa minn Nikolai Bondin ta’ 24 sena fuq suspettati ta’ traffikar tad-droga. Minn tfittxija li saret fil-karozza qrib il-Pjazza ta’ Buġibba, instabu mitejn gramma kokaina u flus kontanti.

Iż-żagħżugħ minn Birżebbuġa u li jaħdem bħala xufier, wieġeb mhux ħati tal-akkużi ta’ traffikar ta’ droga. Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’numru ta’ kundizzjonijiet, fosthom b’depożitu ta’ 800 ewro u garanzija personali ta’ 4,000 ewro.