Qorti
Jinħeles mill-arrest wara li ta daqqa ta’ ras lil ġuvni ma jafux minn Adam

Yarik Farrugia ta’ 21 sena minn Raħal Ġdid ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti akkużat li għamel ġrieħi gravi fuq ġuvni ta’ 17-il sena u li kiser il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied.

L-Ispettur Sarah Zerafa spjegat li l-każ seħħ fit-8 ta’ Marzu meta l-allegat vittma flimkien mal-ġenituri tiegħu għamlu rapport l-għassa ta’ Ħal Luqa li dak inhar għall-ħabta tal-5.30 ta’ wara nofsinhar fil-bandli ta’ Ħal Tarxien, ġuvni li ma kinx jaf min hu mar u tah daqqa ta’ ras.

L-allegat vittma mar iċ-ċentru tas-saħħa ta’ Raħal Ġdid fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi minħabba punti li kellu jagħmel fuq għajnejh.

L-Ispettur qalet li l-allegat vittma mar iffittex lill-allegat agressur fuq facebook u għalkemm sab ritratti tiegħu ma kinx jaf x’jismu għax fuq il-profil ma kienx hemm imniżżel, iżda l-pulizija kienu jafu min hu u b’hekk ħareġ mandat ta’ arrest.

Assisti mill-avukat difensur Franco Debono, Farrugia wieġeb li mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u talab għall-ħelsien mill-arrest. Il-prosekuzzjoni m’oġġezzjonatx u l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo tilqa’ t-talba fuq garanzija personali ta’ €10,000, irid jiffirma darbtejn fil-ġimgħa l-għassa u ma joħroġx mid-dar bejn l-għaxra ta’ bilejl u s-sebgħa ta’ filgħodu.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Steven Jones ta’ 50 sena mir-Renju Unit tressaq il-Qorti akkużat li fit-23 ta’ Mejju għamel danni fuq il-proprjetà privata f’San Ġiljan waqt li kien fis-sakra. Huwa ammetta l-akkużi u ngħata…

Lokali

7 sigaħt ilu fetħu l-postijiet tal-votazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli Lokali. Matul dan il-ħin kienu diversi li marru jivvutaw fosthom il-President George Vella, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni…

Aktar