Qorti
Jinħeles mill-arrest żagħżugħ li ‘lagħab’ Grand Theft Auto fit-toroq Maltin

Żagħżugħ ta’ 17-il sena li lagħab logħba tal-karozzi fuq il-kompjuter fit-triq, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat b’sensiela ta’ serqiet ta’ karozzi. Iż-żagħżugħ ċaħad l-akkużi li seraq il-karozzi u saq bihom, b’numru minnhom jispiċċaw maħbuta fil-ħajt.

Il-każ seħħ fl-aħħar għaxart’ijiem. Iż-żagħżugħ inqabad wara li pulizija tat-traffiku twaqqaf minn sewwieq li kien maġenb il-karozza tiegħu, kien qed iżomm fil-post lill-akkużat li kien għadu kemm ħabat fil-karozza tiegħu. Il-Prosekuzzjoni ddeskriviet kif iż-żagħżugħ spiċċa jilgħab fit-triq, logħba tal-karozzi li tintlagħab fuq il-kompjuter, għad-detriment tas-sewwieqa li wħud minnhom spiċċaw bil-karozzi misruqa u maħbuta.

Iż-żagħżugħ ġie akkużat ukoll b’mhux inqas minn 35 akkuża marbuta ma’ ħsara u serq minn karozzi, li kollha spiċċaw f’każ ta’ hit and run. Huwa ġie akkużat ukoll li kiser ordni ta’ probation u li wettaq reat meta kien taħt il-libertà kundizzjonata. Id-difiża tal-akkużat iddeskriviet liż-żgħażagħ bħala każ soċjali, bil-Qorti tintalab tisma’ l-problemi kemm soċjali u anke mediċi li għandu ż-żagħżugħ. Il-Qorti ordnat li jsir rapport dwar iż-żagħżugħ u l-kundizzjoni tal-ambjent fid-dar fejn jgħix.

Il-Prosekuzzjoni, ma oġġezzjonatx għall-ħelsien mill-arrest sakemm tingħata fuq kundizzjonijiet stretti u li ż-żagħżugħ ikun taħt superviżjoni kontinwa. Iż-żagħżugħ li huwa mill-Marsa ġie ordnat jiffirma l-għassa erba’ darbiet fil-ġimgħa, ikun id-dar f’ħinijiet imposto mill-Qorti. Huwa ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ elfejn ewro.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Gvern qed ifassal abbozz ta’ liġi biex Malta jkollha Qorti tal-Ambjent fejn jinstemgħu u jiġu deċiżi każi ta’ reati ambjentali. Il-Ministru tal-Ambjent qal li għandu l-kelma tal-avukati li l-abbozz ta’…

Edukazzjoni

Fil-bidu tas-sena d-dieħla, studenti mill-Korea t’Isfel se jibdew jitħarrġu f’Malta biex jiggradwaw bħala tekniċi fil-manutenzjoni tal-ajruplani. L-istudenti se jitħarrġu fl-MCAST wara qbil bejn il-kulleġġ, żewġ kumpaniji privati u l-gvern tal-Korea…

Edukazzjoni

Il-Fondazzjoni LifeCycle għamlet għotja ta’ €25,000 lill-Università għar-riċerka dwar ċesti li jitrabbew fil-kliewi. Riċerkaturi ser jagħmlu stħarriġ dwar il-ġenetika ta’ din il-kundizzjoni li tintiret fil-familji u twassal għal mard serju…

Televiżjoni u Radju

Il-prevedibbli se jsir imprevedibbli waqt l-għodwiet min-nhar it-Tnejn li ġej ma’ Carlo, Gordon u Anna fuq Magic Malta 91.7 FM. It-tliet karattri vivaċi b’livelli varji ta’ esperjenza radjofonika se jieħdu…

Aktar