Qorti
Jinħeles mill-arrest raġel akkużat li mess mara b’mod indiċenti waqt massage

Raġel ta’ 43 sena li ismu ma jistax jixxandar b’ordni mill-Qorti ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat li mess b’mod indiċenti studenta Ċiniża li marret għandu għal full body massage.

Fix-xhieda tagħha, l-istudenta qalet li hija bbukkjat il-massage mil-lukanda fejn kienet qed toqgħod għall-btala tagħha f’Malta. Spjegat li mhux l-ewwel darba li marret għall-massage bħal dan fi kliniċi oħra iżda spjegat li l-esperjenza li għaddiet minnha taħt idejn l-akkużat kienet waħda trawmatika u beda jmissha b’mod indiċenti.

L-akkużat ċaħad l-akkużi kontrih.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Shamison Stafrace minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat b’hold up f’ħanut f’Raħal Ġdid fis-16 ta’ April li għadda. Il-Pulizija xlietu b’serq aggravat, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha u li fera…

Mużika

Jumejn konsekuttivi ta’ kunċerti b’xejn fuq il-Fosos tal-Floriana b’inizjattiva tal-Awtorità tat-Turiżmu: għada mill-kantant tal-band Ingliża Oasis, Liam Gallagher, . . . u llejla mill-BBC Concert Orchestra b’kunċert ta’ mużika klassika…

Immigrazzjoni

Il-Partit Nazzjonalista qal fi stqarrija li l-Gvern qed ikompli juri li m’għandux pjan bil-politika tiegħu ta’ immigrazzjoni qawwija. Qal li sejbiet bħal ta’ dalgħodu fil-Marsa huma prova ta’ immigranti li…

Infrastruttura

Il-Kamra tar-Rappreżentanti approvata riżoluzzjoni biex jinbidlu kundizzjonijiet f’kuntratti li kienu saru bejn il-Gvern u l-kumpanija Fortel – sid tal-lukanda Fortina fis-snin disgħin u fis-sena 2000. Ir-riżoluzzjoni kienet approvata wara li…

Aktar