Qorti
Jinħelsu mill-akkużi wara li għajru sid ta’ ħanut fil-Mellieħa bi kliem oxxen

Natasha Cassar, Nadine Farrugia, Silvana Busuttil, Isabel Silvio, Shylene Taliana, Antoine Degiorgio, Romina Shepherd, Ramona Sultana, Elaine Carano, Francis Calleja, Lucienne Micallef, Rita Scerri u Noel Ciantar kollha dehru quddiem il-Qorti wara li użaw kliem oxxen u dispreġjattiv fil-kontront ta’ Melanie Cassar,  sid ta’ ħanut fil-Mellieħa.

Il-każ imur lura għall-Awwissu tal-2018 meta qam furur sħiħ fuq il-midja soċjali dwar allegat qtil ta’ ferħ ta’ qattus qrib stabbiliment fil-Mellieħa.

Il-Qorti lliberat lit-13-il imputat wara li rat u kkunsidrat il-kummenti li tħallew fuq Facebook filwaqt li qalet sabithom dispreġjattivi fl-ebda mod ma kienu ta’ theddid. Għalhekk, il-Qorti illiberat lit-13-il akkużat.

F’Awwissu tal-2018, grupp ta’ żgħażagħ kienu lemħu l-qattus idur qrib tagħhom fi stabbiliment tal-ikel u allegaw li l-qattus inqatel minn żewġ anzjani waqt li s-sidien tal-istabbiliment għamlu rapport dwar l-inċident u ddissasoċjaw irwieħhom ma’ min wettaq dan l-att krudili quddiem għadd ta’ Maltin u turisti.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Klijenti u sid il-ħanut jgħidu kif inqatel il-qattus f’Golden Bay

Aħbarijiet Oħra
Toroq

Dalgħodu, 83 vettura twaqqfu fi Triq il-Kosta minn uffiċjali tal-Pulizija li jidderiġu t-traffiku wara li nstabu li kienu qed jiksru l-liġi tat-triq. Madwar 200 karozza ġew iċċekkjati mill-uffiċjali tal-Pulizija fejn…

Kronaka

Il-qraba ta’ Connie Mifsud qed jappellaw għall-għajnuna biex tinstab, wara li ġiet irrapportata nieqsa dalgħodu. Iben Connie, Chris Mifsud, kiteb fuq il-midja soċjali biex javża li ommu, li għandha d-dimensja,…

Festi

Il-grupp immexxi minn Wistin Vella offra s-somma rekord ta’ €17,000 biex jerfgħu l-istatwa ta’ Santa Marija waqt il-festa tal-qaddisa, fl-Imġarr. L-offerta saret dalgħodu fil-pjazza tal-lokalità, b’Wistin Vella u t-tim tiegħu…

Qorti

Ġuvni taħt l-età nżamm arrestat wara li llum tressaq quddiem il-Qorti akkużat li uża arma waqt argument familjari li fih kien involut missieru, is-sieħba ta’ missieru, u binha żgħir. L-akkużat,…

Aktar