Qorti
Jinħelsu mill-arrest wara li daħlu ġo villa abbandunata biex ifittxu kenn

Tliet irġiel mingħajr saqaf fuq rashom ingħataw il-libertà kkundizzjonata wara li ammettew li daħlu f’villa abbandunata f’Santa Venera biex ifittxu kenn waqt maltempata.

Il-każ, li kien ġie rrappurat bħala attentat ta’ serqa, żvolġa f’każ umanitarju meta t-tliet irġiel, Amerikan u żewġt aħwa mill-Ġorġja, ammettew li daħlu fid-dar abbandunata wara li skada ż-żmien li setgħu jagħmlu f’xelter soċjali.

L-Ispettur li mexxa l-prosekuzzjoni, Matthew Galea, spjega li minn investigazzjonijiet irriżulta li l-irġiel kienu qed ifittxu l-kenn fir-residenza abbandunata sakemm jieħdu l-paga.

Filwaqt li ammettew l-akkużi kontrihom, l-avukat tagħhom Charmaine Cherrett qalet li ma kellhomx ħsieb li jisirqu u kkawżaw ħsara li tammonta biss għal €5. Is-sid tal-villa ikkonferma li ma kellux l-intenzjoni li jmexxi bil-każ.

Il-Qorti ordnat li jingħataw il-libertà kundizzjonata għal sena u wissiethom biex ma jiksrux l-ordni tal-Qorti.

Ara wkoll:

Tlieta jinqabdu mill-Pulizija jisirqu minn villa f’Birkirkara

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

L-Oppożizzjoni qalet fi stqarrija li se titlob lill-Kumitat Parlamentari għall-fondi pubbliċi biex jinvestiga b’urġenza l-għoti tal-hekk imsejħa “golden handshake” lill-uffiċjali biex jirriżenjaw mill-impjieg. Dan wara, fost oħrajn, il-protest ġudizzjarju li…

Turiżmu

L-ogħla numru ta’ passiġġieri li daħlu Malta f’sena abbord cruise-liner mistenni jintlaħaq din is-sena. Bi kważi disa’ mitt elf passiġġier, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, Stephen Xuereb, qal li l-2019…

Immigrazzjoni

Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u l-Italja ġew diskussi fl-ogħla livell f’taħditiet f’Ruma bejn il-President George Vella u l-President Sergio Mattarella propju fl-istess ħin li fuq il-baħar kienet għaddejja kwistjoni oħra…

Kronaka

Raġel weġġa’ gravi f’inċident f’Marsaxlokk. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.00pm fi Triq Delimara. Il-Pulizija tad-Distrett marret fuq il-post fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 36 sena li jgħix il-Kalkara kien qed…

Aktar