Barranin
Jinkixef 112-il negozju involut fl-okkupazzjoni tax-Xatt tal-Punent

L-uffiċċju tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan in-Nazzjonijiet Magħquda ppubblika lista ta’ negozji kbar li huma involuti f’attivitajiet relatati mal-okkupazzjoni mil-Lhud fix-Xatt tal-Punent.

Il-lista tinkludi 112-il negozju, fosthom uħud magħrufa bħal Airbnb, Booking.com, Expedia Group, u Motorola Solutions. Xi kumpaniji, bħal Airbnb, kienu diġà ħadu passi biex jaqtgħu r-rabtiet ma’ din l-okkuppazzjoni.

Filwaqt li l-Palestina ddeskriviet ir-rapport bħala rebħa għal-liġi internazzjonali, Iżrael qal li dan kien tal-mistħija.

Mas-600,000 Lhud jgħixu f’madwar 140 insedjament madwar ix-Xatt tal-Punent u l-Lvant ta’ Ġerusalemm, f’okkupazzjoni li hija kkunsidrata illegali f’għajnejn il-liġijiet internazzjonali.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Andrzej Duda ġie elett mill-ġdid President tal-Polonja, u għadda lir-rivali Rafal Trzaskowski b’maġġoranza żgħira. Skont il-kummissjoni elettorali tal-pajjiż, Duda kiseb 51.2% tal-voti, f’dik li qed titqies bħala l-iktar elezzjoni missielta…

Barranin

Għall-ewwel darba minn meta faqqgħet il-pandemija, il-President Amerikan Donald Trump libes il-maskra fil-pubbliku. Huwa għamel dan meta żar l-isptar militari Walter Reed lil hinn minn Washington fejn iltaqa’ ma’ suldati…

Barranin

Ħames persuni inqatlu f’attakk fi knisja fl-Afrika ta’ Isfel, li x’aktarx seħħ waqt argument dwar it-tmexxija tagħha. Il-pulizija qalu li salvaw irġiel, nisa u tfal minn sitwazzjoni ta’ ostaġġ fil-periferija…

Barranin

Ir-reġjuni fit-Tramuntana ta’ Spanja – dak Bask u r-reġjun ta’ Galicia qed jaffaċċjaw imxija ġdida ta’ coronavirus waqt li l-votanti għada mistennija jivvutaw fl-ewwel elezzjonijiet reġjonali mindu bdiet il-COVID-19 f’Marzu…

Aktar